Lokali
Suldati fost l-ippremjati ħaddiema tas-sena

Taqsima fi ħdan il-Forzi Armati ġiet onorata bil-Premju Nazzjonali Ħaddiem tas-Sena. Dan il-premju jirrikonoxxi l-kwalità tal-ħaddiema li jiddistingwu ruħhom fil-post tax-xogħol. Matul is-serata ngħataw sitt premji oħrajn, fosthom tnejn ġodda: il-kumpanija li toffri lil ħaddiema miżuri favur il-familja u l-aktar kumpanija li tippromwovi l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol.

Ix-xogħol tat-Taqsima fi ħdan l-armata, li tieħu ħsieb il-kooperazzjoni bejn iċ-ċivil u l-militar ġiet rikonoxxuta bil-premju nazzjonali ħaddiem tas-sena. Dan seħħ b’mod partikolari f’sena li kienet mill-aktar impenjattiva għas-Civil Military Cooperation, li hija t-taqsima responsabbli fost oħrajn mill-koordinament mal-Kmandant tal-avvenimenti li jkollha l-armata. Dis-sena dawn ma naqsux fosthom minħabba l-attivitajiet konnessi mal-Presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropea.

Logutenent Adrian Cipriott qal li x-xogħol li jagħmlu għall-inqas jiġi rikonoxxut u jħossu onorat ferm.

Dorothy Gauci, Warrant Officer qalet li tinsab sorpriza iżda onorata li ġiet ippremjata bil-premju tas-sena.

Din it-Taqsima kienet ukoll rebbieħa tal-kategorija t-team tas-sena, li kienet waħda minn sitt kategoriji fl-edizzjoni ta’ din is-sena. Il-kumitat organizzattiv irċieva 51 nomina għas-sitt premijiet.

Il-premju ħaddiem tas-sena jiġi organizzat mill-Ministeru li fost oħrajn huwa responsabbli għad-djalogu soċjali u r-relazzjonijiet industrijali. L-edizzjoni ta’ din is-sena kien fiha żewġ kategoriji ġodda: il-kumpanija li toffri miżuri lil ħaddiema favur il-familja u l-aktar kumpanija li tippromwovi l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol.

Reuben Gatt, li jaħdem mal-kumpanija Simonds Farsons Cisk ingħata l-premju Ħaddiem Mudell tas-Sena.

Victor Joe Curmi li jaħdem mal-kumpanija Magro Brothers huwa l-manager tas-sena. U r-rebbieħ tal-ħaddiem tas-sena hu s-sid tal-Convenience Shop, Ivan Calleja.

Vodafone Malta limited ġiet premjata bħala l-aktar kumpanija li toffri miżuri favur il-familja u l-lukanda Excelsior intgħażlet bħala l-aktar kumpanija li tippromwovi l-ugwaljanza fuq il-post tax-xogħol.

Il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-pajjiż għaddej tajjeb ħafna bix-xogħol jiġri wara l-ħaddiem u għalhekk il-gvern seta’ jħares lejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema. Semmiet fost oħrajn iż-żieda fil-paga minima, il-ġlieda kontra l-prekarjat, il-leave għall-ġenituri biex jagħmlu l-lVF u l-leave għal min ikollu mard serju.

Il-Ministru esprimiet sodisfazzjon li r-rivista TIME għażlet lin-nisa li tkellmu kontra abbuż u fastidju sesswali bħala l-Persuna tas-Sena. Qalet li mhux biżejjed li nitkellmu u nixtiequ l-ugwaljanza imma rridu naħdmu għaliha kuljum.

 

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Permezz ta’ investigazzjonijiet, il-Pulizija waslet għal madwar 20 persuna li huma vittmi ta’ traffikar ta’ bnedmin. Dan ħabbru l-Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia fi tweet li bagħat illejla,…

Lokali

Atleta Malti tal-Ispecial Olympics, Gilmour Borg, intgħażel biex iservi ta’ ambaxxatur tal-organizzazzjoni SIGA, fil-missjoni tagħha li tippromwovi l-integrità fl-isport. L-atleta tal-Ispecial Olympics, Gilmour Borg, inħatar bħala ambaxxatur mal-alleanza globali tal-integrità…

Lokali

Żagħżugħ Somalu kien ikkundannat 16-il xahar ħabs wara li nstab ħati li rreżista lill-pulizija li kienu se jfittxulu għad-droga, bil-konsegwenza li kiser seba’ ta’ Surġent. Bashir Abdulahi Ahmed kien akkużat…

Aktar