Lokali
Suldati jneħħu baga tal-metall mgħerrqa f’Delimara

Għadd ta’ suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta dalgħodu neħħew minn qiegħ il-baħar baga tal-metall li kienet mgħerrqa f’Delimara.

Matul il-ħidma tagħhom, is-suldati neħħew ukoll il-katina tal-irmiġġ u s-sinker tal-konkrit li kienu qed joħolqu inkonvenjent għal bosta baħħara.

F’post fuq Facebook, Transport Malta qalet li din iż-żona issa hija sigura għall-baħħara.