
Forzi Armati
Suldati Maltin daqt fi triqthom lejn id-dar wara li nqabdu fil-Libanu
Membri tal-Forzi Armati Maltin li kienu qed jagħmlu xogħol fil-Libanu, daqt jirritornaw f’Malta.
Is-suldati Maltin intbagħtu fil-Libanu fuq missjoni tan-Nazzjonijiet Magħquda, u nqabdu f’dan il-pajjiż għal żmien itwal milli mistenni minħabba l-Covid-19.
Fi stqarrija fuq il-midja soċjali l-Armata rringrazzjat lill-membri tagħha u xtaqitilhom vjaġġ sigur lura lejn id-dar.