Unjoni Ewropea
Summit kruċjali: Malta tisħaq għal budget Ewropew ġust

Il-mexxejja Ewropej, inkluż il-Prim Ministru Robert Abela ilhom sa mill-10.30 a.m. li ngħalqu bejn erba’ ħitan biex jiddiskutu u jippruvaw jaslu f’xi forma ta’ qbil dwar il-budget Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin kif ukoll dwar it-tħaddim tal-pjan ta’ rkupru Ewropew imlaqqam New Generation EU u maħsub biex jagħmel tajjeb għall-problemi ekonomiċi li qed jiffaċċjaw numru ta’ pajjiżi minħabba l-coronavirus.

Il-pożizzjoni ta’ Malta f’dawn in-negozjati hija li l-budget għandu jkun ġust u jagħraf ir-realtajiet tagħha.

Għadhom ‘il bogħod il-mexxejja Ewropej milli jilħqu ftehim dwar il-kważi elfejn biljun ewro li għandhom għad-dispożizzjoni tagħhom. 750 biljun ewro minnhom biex jagħmlu tajjeb għall-kriżi ekonomika maħluqa mill-pandemija.

U dan għaliex fuq naħa għandek l-Olanda, il-Fillandja, l-Awstrija u d-Danimarka li qed iżommu sod. Bis-sehem li kien joħroġ ir-Renju Unit issa m’għadux jeżisti, il-Fillandja mhux lesta toħroġ sold aktar mis-soltu. Il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte jibqa’ jinsisti li l-flus iridu jkunu marbuta mal-prinċipju tal-ħarsien tas-saltna tad-dritt, ma’ aktar riformi u integrazzjoni possibbilment anki riforma fejn tidħol it-taxxa.

Fuq in-naħa l-oħra il-Polonja u l-Ungerija li ma jridu l-ebda rbit bil-Prim Ministru Ungeriż Orban li kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament ta’ Budapest biex fin-negozjati dwar il-qafas finanzjarju għas-seba’ snin li ġejjin, jibqa’ jżomm iebes u ma jaċċetta l-ebda kundizzjonijiet marbuta mas-saltna tad-dritt.

Jiżfnu fin-nofs pajjiżi bħal Spanja u l-Italja li jippretendu ftehim malajr speċjalment dwar il-Fond ta’ Rkupru għax iridu daqqa t’id biex joħorġu mill-problemi ekonomiċi kkawżati mill-covid-19. Jaqblu magħhom il-Presidenti von der Leyen u Charles Michel li jridu jibagħtu messaġġ b’saħħtu ta’ Ewropa li trid tgħin liċ-ċittadini tagħha u qed tħares lejn futur aħjar. Għalhekk iridu ftehim malajr dwar il-budget.

“This #EUCO summit is about more than money. It’s about people, our European future, and our unity. With political courage, I believe we can reach an agreement,” qalil-President tal-Kunsill Ewropew, Charles Michel.

“All the necessary pieces are on the table and a solution is possible. And a solution, that is what our people in Europe expect from us, because it is their jobs that are at stake. And the risk of the virus still persists and the whole world is watching us. Whether Europe is able to stand up united and to overcome this corona-related crisis strongly, with a convincing European budget, with next generation EU we have the chance to overcome the crisis but also to modernise our single market and our union to bring forward the European green deal and digitalisation. And therefore this day today is of out most importance,” qalet il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von Der Leyen.

Fil-każ ta’ Malta, l-ekonomija Maltija għaddiet minn snin ta’ tkabbir li kien ogħla mill-medja fl-Unjoni Ewropea u anki l-qgħad niżel fl-inqas livelli possibbli. Fatti li jistgħu jaħdmu kontra Malta, iżda l-Prim Ministru Robert Abela u n-negozjaturi Maltin qed jibqgħu jinsistu li fil-pakkett finali m’għandux jiġi injorat li r-realtajiet ta’ Malta huma partikolari – gżira żgħira li tiddependi mill-importazzjoni u mit-turiżmu. Għaldaqstant qed jisħqu li l-ftehim għandu jagħraf dawn ir-realtajiet u għandu jkun ġust.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar