Unjoni Ewropea
SUMMIT UE: Laqgħat bilaterali f’tentattiv li jinstab kompromess

Fi Brussell għaddejjin b’mod intensiv il-laqgħat bejn gruppi żgħar ta’ mexxejja tal-Unjoni Ewropea f’tentattiv li jinstab xi forma ta’ kompromess li jwassal għal ftehim dwar il-Fond ta’ Rkupru mill-ħsara ekonomika li ħasad il-coronavirus.

Il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen waslet fil-bini tal-Kunsill Ewropew għall-ħabta tad-9.10am u kienet segwita ftit wara mill-PM tal-Olanda Mark Rutte.

Ritratt meħud minn Ray Attard

Flimkien iltaqgħu mal-President tal-Kunsill Michel, mal-President Franċiż Macron, mal-Kanċillier tal-Ġermanja Merkel kif ukoll mal-PM Taljan Conte.  Ftit wara l-Olandiż Rutte laqqa’ lill-erba’ PM li qed jappoġġjaw fil-pożizzjoni riġida li addotta sa issa jiġifieri l-Kanċillier Awstrijakk Kurz, il-PM tad-Danimarka Frederiksen u l-PM tal-Iżvezja Lofven.

Dawn il-laqgħat separati jista’ jkollhom effett fuq dak li se jiġi deċiż waqt il-laqgħa plenarja li fiha qed jipparteċipaw il-bqija tal-kapijiet ta’ Gvern tas-27 stat membru tal-UE li bdiet fil-11.30am.

Ara wkoll:

Summit UE: Meħtieġa kompromessi jew ixolju

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Fi tmiem laqgħa tal-Kunsill għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali, il-Prim Ministru Robert Abela, qal li l-Kunsill qabel fuq għadd ta’ punti b’eċċezzjoni għall-Assoċjazzjoni Medika li ma tridx li jsiru attivitajiet bħal…

Kultura

Giuseppe Calì għandu rabta qawwija mal-Knisja tad-Dumnikani fil-Belt, mhux biss b’xogħlijiet ta’ arti tiegħu imma għax tgħammed u għammed lil uliedu f’din il-knisja. Fl-aħħar sena u nofs sar xogħol ta’…

Ambjent

L-għawwiema din is-sena wisq probabbli li qed jirnexxielhom jiskansaw xi tniggiża minn xi brama. Dan minħabba li l-klima sħuna ta’ din is-sena wasslet biex il-qatgħet ta’ bram jidħol qabel beda…

Infrastruttura

Il-proġett tal-parkeġġ pubbliku f’Birżebbuġa, biswit il-Port Ħieles, daħal fil-fażi tal-evalwazzjoni. Fi stqarrija l-Gvern qal li tmien kumpaniji wrew l-interess tagħhom f’dan il-proġett, li se jsir b’investiment ta’ €3.2 miljun mill-Ministeru…

Aktar