Mużika
Superlove, il-grupp mużikali Malti f’Berlin iniedi l-kanzunetta ‘L-aħħar jum ta’ Vaganza’

Superlove, il-grupp Malti bbażat f’Berlin nieda t-tielet filmat mużikali u t-tieni kanzunetta bil-Malti ‘L-aħħar jum ta’ Vaganza’.

Il-lockdown sewa tajjeb lill-grupp hekk kif ipproduċa l-filmat u l-kanzunetta li minnha joħorġu bosta elementi nostalġiċi kif ukoll ħsejjes u elementi ġejjin mill-gruppi ċelebri ta’ Radiohead, Portishead, Silver Apples kif ukoll ħsejjes tas-snin 90.

Il-kanzunetta ‘L-aħħar jum ta’ Vaganza’ nħolqot fl-istudio tal-grupp bl-għajnuna wkoll ta’ James Arapicio u Pat Coefficient. Il-filmat inġibed minn Alexandra Aquilina filwaqt li l-editjar u l-kompożizzjoni kienu f’idejn Mark Dingli.

Isma’ l-kanzunetta hawn:

Superlove bdew jintroduċu mużika bil-lirika Maltija mis-sena l-oħra. Għalkemm il-grupp ħass li dan kien se jkun ta’ riskju li jkanta bil-Malti f’Berlin, il-mużika xorta ntlaqgħet tajjeb.

Il-grupp jemmen li l-udjenza kienet aktar bil-għatx biex tisma’ ħsejjes ġodda li ħarġu mill-lirika Maltija li pproduċew, l-għaliex setgħu xorta jifhmu u jieħdu l-ġist mill-emozzjoni tal-lirika.

Superlove jemmnu li l-fatt li Berlin hija belt multikulturali, l-udjenza dejjem se tapprezza ħsejjes lingwistiċi ġodda għal widnejha.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-SDG Index and Dashboards Report 2020, ippubblikat minn Bertelsmann Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli klassifikaw lil Malta fit-32 post minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt…

Kronaka

Anzjan ta’ 90 sena kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Birkirkara. Kienu għall-ħabta tas-06:30, meta seħħet kollużjoni fi Triq Dun Karm bejn vettura tal-għamla…

COVID-19

Għall-ewwel darba minn Marzu l’hawn mindu feġġ l-ewwel każ ta’ coronavirus f’Malta, l-ebda pazjent bil-virus mhu qed jingħata kura fl-isptar Mater Dei. Fl-aġġornament ta’ kuljum kmieni waranofsinhar, l-awtoritajiet tas-saħħa qalu…

Aktar