Barranin
Superman ġdid u bisesswali fi ktieb tal-comics

DC Comics ħabbret li s-Superman, Jon Kent, se jkun bisesswali.

Fil-ħarġa li jmiss tal-ktieb tal-comics, li se joħroġ f’Novembru, Jon se jidher f’relazzjoni mal-ħabib tiegħu, Jay Nakamura.

L-istorja hija parti minn ‘Superman: Iben Kal-El’, li matulha Jon ħa l-mant ta’ Superman mingħand missieru, Clark Kent.

Din is-serje kien ħarġet f’Lulju, li matulha, Jon, iġġieled kontra n-nirien ikkawżati mit-tibdil fil-klima, ipprotesta kontra d-deportazzjoni tar-refuġjati u waqqaf sparatura fi skola sekondarja.

F’din il-ħarġa, Jon beda ħbiberija ma’ Jay li huwa ġurnalista. Fil-ħarġa li jmiss ir-relazzjoni tagħhom se tiżviluppa f’relazzjoni romantika.