Artiklu bi ħlas
Supermarket ġdid onlajn – imla l-ħażna tal-ikel mingħajr ma toqgħod tinqala’

F’dawn l-aħħar jiem tnieda supermarket onlajn, myfood.mt bil-għan li frott iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom jiġi offrut mod sigur u effiċjenti għall-pubbliku biex jixtri l-bżonnijiet ta’ kuljum mingħajr ma dak li jkun joqgħod jinqala’ mill-kumdità ta’ daru.

Il-websajt, li tuża l-ogħla standards ta’ sigurtà, tnediet bil-għan li l-klijent titwassallu x-xirja fuq l-għatba tad-dar fi żmien 24 siegħa mindu jkun għamel l-ordni tiegħu. Dan jgħodd għal kull xirja kkonfermata sas-6pm u l-klijenti jistgħu jibbukkjaw xirja sa sitt ijiem bil-quddiem.

Wara li tirreġistra, il-websajt tista’ taċċessaha kemm bil-mowbajl kif ukoll minn fuq kompjuter. Websajt, li tħallik tixtri għal ħaddieħor ukoll, ġaladarba ddaħħal l-indirizz ta’ fejn tixtieq li titwassal ix-xirja.

Dan is-servizz qed jiġi offrut b’rata fissa ta’ €2.50 għal kull xirja mit-Tnejn sal-Ġimgħa u ta’ €5.00 għall-Ħadd u f’jiem ta’ festa.

Il-konsenji qed isiru bejn il-11am u d-9pm bil-għajnuna tal-kumpanija eCabs.