Surġent jindarab gravi waqt ħidma kontra t-traffikar tad-droga

Surġent tal-Pulizja ndarab gravi lejlet il-Milied waqt li kien qiegħed jipprova jarresta raġel Somalu li kellu fil-pussess tiegħu raża tal-kannabis lesta biex tiġi mibjugħa.

Is-Surġent tal-Pulizija sofra ġrieħi gravi waqt li l-individwu kien qed jiġi arrestat wara li rreżista lill-pulizija waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Is-Somalu mistenni jitressaq il-Qorti fil-ġranet li ġejjin akkużat bil-pussess aggravat ta’ raża tal-kannabis u li kkaġuna feriti gravi fuq Surġent tal-Pulizija, fost akkużi oħra.

Intant fi stqarrija, il-Pulizja qalet li matul il-lejl li għadda arrestat sebgħa persuni Maltin ta’ bejn it-18 u s-36 sena f’diversi stabbilimenti f’San Ġiljan wara li nstabu fil-pussess ta’ sustanza suspettata kokaina.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.