Lokali
Surġent u sitt kuntistabbli l-qorti dwar abbużi fit-taqsima tat-traffiku

Surġent u sitt kuntistabbli tal-pulizija li kienu jaħdmu fit-taqsima tat-traffiku tal-korp illum tressqu l-Qorti b’akkużi ta’ frodi u dikjarazzjonijiet foloz b’rabta mal-extra duties għall-kontroll tat-traffiku li kienu miftehma jagħmlu fuq numru ta’ proġetti infrastrutturali.

Josmar Muscat mis-Siġġiewi, Alexander Sellar minnn Ħaż-Żebbuġ, Francis Zerafa minn Marsaxlokk, Matthew Azzopardi minn Ħal Tarxien, Edwin Zammit minn Birżebbuġa, Francis Sciberras u Anthony Dimech mill-Imġarr kollha wieġbu mhux ħatja. Is-seba’ uffiċjali ġew mixlija li ħadu elfejn u disat elef ewro fi ħlasijiet.

B’rabta mal-istess akkużi, il-ġimgħa li għaddiet tressqu l-ewwel ħames uffiċjali li wkoll ċaħdu l-akkużi.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Beda tħaffir għall-bini tal-pedamenti ta’ Triq Għeriexem fir-Rabat . . . triq passaġġa li minn ħdejn il-Villa Rumana tagħti għal żoni oħra f’din il-lokalità bħad-diversi rħajjel fil-kampanja u biex tasal…

Lokali

Il-Gvern alloka aktar minn żewġ miljun ewro għal skema maħsuba biex tgħin lill-industrija marittima tirpilja mill-effetti ekonomiċi li ġarrbet waqt il-pandemija. L-iskema ta’ rifużjoni għall-ħlasijiet tal-port taħseb biex jonqos il-piż…

COVID-19

Kull ma jmur iktar pajjiżi qed jimponu l-ilbies obbligatorju tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Ir-regola tal-użu tal-maskra hija waħda mill-aktar stretti fl-Ewropa. F’Malta mhux b’inqas. Bil-liġi, il-maskra trid tintlibes bilfors f’ħames postijiet…

Safar

Minn nhar il-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu, Sqallin li jirritornaw minn Malta, jridu joqgħodu ġimagħtejn fi kwarantina u jridu jagħmlu swab test mandatorju. Sqallija imponiet dawn ir-restrizzjonjiet fuq residenti tagħha li…

Aktar