Lokali
Surplus ta’ kważi €85 miljun fl-ewwel ħdax-il xahar tal-2017
 Fl-ewwel ħdax-il xahar ta’ din is-sena l-Gvern kellu surplus ta’ kważi 85 miljun ewro.

Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li kompla t-titjib fil-fond konsolidat minħabba li r-rata tad-dħul tal-Gvern kienet ferm akbar mill-ispiża.

Fil-fatt, bejn Jannar u Novembru, id-dħul tal-Gvern żdied b’aktar minn 421 miljun ewro, waqt li n-nefqa tal-Gvern kibret b’aktar minn 276 miljun ewro li minnhom għaxar miljun kienu fuq nefqiet ta’ natura kapitali.

L-istatistika turi li kompla jonqos il-piż tad-dejn u fl-ewwel ħdax-il xahar ġew iffrankati kważi disa’ miljun ewro f’imgħaxxijiet fuq id-dejn tal-Gvern.

Iċ-ċifri juru li d-dejn tal-Gvern fl-aħħar sena naqas bi kważi 123 miljun ewro meta imqabbel ma’ Novembru tas-sena l-oħra.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Mara ta’ 80 sena residenti Ħal Qormi,weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn vettura. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.30am fi Triq Pinto, Ħal Qormi. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post, fejn minn…

COVID-19

Għal darb’oħra, fl-aħħar 24 siegħa ma ħareġ l-ebda każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta. Dan ġie kkonfermat mill-Ministeru għas-Saħħa fejn intqal ukoll li fl-aħħar 24 siegħa ma kienx hemm min fieq…

Kronaka

Bugħaddas ittieħed għall-kura l-Isptar Mater Dei wara li sab ruħu f’diffikultà f’Wied iż-Żurrieq. TVM tkellem mal-kelliem tal-Pulziija li kkonferma li għal xi 10:00am uffiċjali tal-AFM u CPD kienu fuq il-post…

Kronaka

Anzjana ta’ 70 sena u żewġ persuni oħra sfaw attakki minn Sudaniż fil-Ħamrun wara li kienu għaddejjin għal affari tagħhom. Tvm jinsab infurmat li r-raġel gie arrestat ftit tal-mumenti wara…

Aktar