Kronaka
Suspettat f’każijiet ta’ serq ħebb b’sikkina għall-Pulizija li qabduh

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 38 sena li huwa ssuspettat li wettaq serqiet minn residenzi privati fiż-Żebbuġ u f’San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel, li huwa Libjan u jgħix  San Pawl il-Baħar, is-Sibt li għadda nqabad mill-Pulizija ta’ Kontra r-Reati Vjolenti bl-assistenza
tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), daħlu f’appartament il-Balluta fejn kien qed jistaħba r-raġel.

Il-Pulizija qalet li kif ir-raġel innota lill-Pulizija, pprova jattakkahom b’arma li taqta’ u bil-ponta iżda twaqqaf mill-ewwel u ġie arrestat. Ħadd ma weġġa’.

Huwa se jitressaq il-Qorti iktar tard illum, bid-dettalji jingħataw mal-ħin.