Barranin
Is-suspettat ipprova jagħmel kemxa flus tajba mill-attakk fuq Borussia Dortmund

Il-Pulizija Ġermaniża arrestat raġel issuspettat li għamel il-bomba fuq ix-xarabank tal-Borussia Dortmund. Il-Prosekuturi qalu li kollox jindika li l-attakk twettaq għax is-suspettat kien qed jittama li jagħmel profitt jekk jitbaxxa l-prezz tal-ishma tat-team. Qalu li għalhekk ma jidhirx li kien hemm rabtiet ma’ terroriżmu Iżlamist f’dan l-attakk.

Fl-isplużjoni li seħħet it-Tlieta ndarbu l-plejer Spanjol Marc Bartra u uffiċjal tal-Pulizija. Dan hekk kif it-team kien se jagħmel triqtu lejn l-istadium biex jilgħab f’partita taċ-Champions League.

Il-Prosekuturi qal li s-suspettat kien se jbigħ mal-15,000 ishma bi prezz li kien determinat minn qabel, u għalhekk kieku waqa’ l-prezz tagħhom bil-bomba kien se jagħmel kemxa flus ġmielha.

Is-suspettat arrestat huwa raġel ta’ 28 sena b’ċittadinanza doppja, Ġermaniża u Russa. Huwa qed jiġi akkużat b’attentat ta’ qtil, li għamel splużjoni u li kkawża ġrieħi serji lil terzi persuni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Pulizija Brażiljana arrestat madwar 108 persuna li huma suspettati b’involviment fil-pedofelija. F’operazzjoni madwar il-pajjiż, il-pulizija Brażiljana rnexxielha tkisser ċirku ta’ pedofelija li kien mifrux f’diversi stati. F’din l-operazzjoni kienu involuti…

Barranin

Il-kabinett Spanjol mistenni japprova miżuri li jippermettu lill-Gvern sabiex imexxi hu r-reġjun ta’ Katalunja. Il-Prim Ministru Mariano Rajoy se jlaqqa’ l-kabinett tliet ġimgħat wara li fir-reġjun sar referendum għall-indipendenza. Il-Gvern…

Barranin

Fl-2015, disa’ miljun persuna madwar id-dinja mietu kawża ta’ tniġġiż fl-arja. Dan ġie żvelat mill-ġurnal internazzjonali The Lancet, li jgħid li l-maġġoranza tal-imwiet seħħew l-iktar f’pajjiżi fqar jew f’pajjiżi fejn…

Barranin

Ġurnata qabel jagħlaq l-ultimatum biex ir-reġjun Katalan fi Spanja jiċċara l-pożizzjoni tiegħu dwar l-indipendenza, id-Deputat Prim Ministru Spanjola Soraya Saenz de Santamaria tat twissija lill-Mexxej tal-Katalunja Carles Puigdemont biex iwaqqaf…

Aktar