Sport
Sussidju ta’ €300,000 fuq kirjiet lil 160 għaqda sportiva

Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, l-Isport u l-Volontarjat Clifton Grima ħabbar għajnuna ta’ €300,000 li se jitqassmu bejn 130 għaqda sportiva bħala sussidju fuq il-kirjiet tal-artijiet.

“Din qed issa sabiex nassiguraw li l-clubs jibqgħu bil-kotba kif suppost imma anke naraw li l-clubs ma jitqegħdux f’sitwazzjoni diffiċli fejn ikollhom riskju għall-eżistenza tagħhom, kulħadd jaf ir-realtà tagħna u llum nedejna dan il-fond ta’ €310,000 li minnu se jibbenefikaw 130 għaqda”

Huwa spjega li l-għaqdiet sportivi kellhom nuqqas ta’ dħul matul il-pandemija tal-Covid-19 li kellha riperkussjonijiet fuq dawn l-għaqdiet. Għalhekk SportMalta qiegħda tgħin lil 130 għaqda sportiva sabiex dawn ikunu jistgħu jkopru l-kirjiet tal-art u jerġgħu iqumu fuq saqajhom.

Is-Segretarju Parlamentari qal li SportMalta mill-bidu nett tal-pandemija kienet minn ta quddiem sabiex tagħti l-għajnuna meħtieġa lil dawn l-għaqdiet. Fost dawn kien hemm l-iskema tal-Covid Wage Supplement, l-Online Helpdesk u wkoll ikkummisjonat protokolli mediċi.

Iċ-chairperson ta’ SportMalta, Luciano Busuttil qal li l-imxija tal-COVID-19 laqtet ħażin ħafna wkoll lill-klabbs u għaqdiet sportivi li kellhom jagħlqu l-impjanti u faċilitajiet tagħhom b’konsegwenza li sofrew daqqa finanzjarja. Huwa qal li l-maġġoranza tal-klabbs u għaqdiet sportivi jistrieħu fuq il-ftit introjtu li kapaċi jagħmlu mill-faċilitajiet tagħhom u mill-assistenzi ta’ SportMalta.

Aħbarijiet Oħra

Covid Alert Malta hija App ġdida varata dalgħodu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-saħħa Chris Fearne u s-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo, li permezz tagħha, se jissaħħaħ il-Contact Tracing fil-pajjiż. Waqt…

Il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali flimkien mal-Kunsill Malti għall-Arti u Festivals Malta ħadu d-deċiżjoni sabiex l-14-il edizzjoni ta’ Notte Bianca tiġi mibdula f’attivitajiet distinti u separati mifruxa fuq…

Il-Ministeru għas-Saħħa kkonferma li anzjana ta’ 91 sena mietet waqt li kienet għadha każ attiv bil-Covid-19. L-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva għall-Covid-19 fis-26 ta’ Awwissu u ddaħħlet l-isptar Mater Dei fis-6…

Studju maħruġ minn diversi esperti Maltin fil-qasam tas-saħħa fosthom il-Professur Charmaine Gauci, jgħid li Malta qed tesperjenza t-tieni mewġa ta’ Covid-19 kawża ta’ żewġ avvenimenti tal-massa li saru fis-sajf. Fl-istudju…

Aktar