Kultura
Swab test kull tlett ijiem għall-crew li se jaħdem fuq Jurassic World 3 f’Malta

Malta ilha s-snin tintuża bħala l-kanvas għall-ideat kreattivi tad-diretturi ta’ Hollywood. Fl-aħħar ta’ dan ix-xahar wieħed mill-akbar titli popolari fiċ-ċinema Jurassic World se jibda jinġibed f’pajjiżna. Dan se jkun il-ħames sequel fis-sensiela; Jurassic: World Dominion, b’baġit li jaqbeż il-€127 miljun .

Minkejja r-realtà ġdida tal-Coronavirus, il-Kummissarju tal-Films Johann Grech qal ma’ Television Malta li l-awtoritajiet tas-saħħa u Universal Pictures adottaw set ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni biex titħares is-saħħa pubblika waqt il-ġbid ta’ dan il-film, fost l-oħrajn kull persuna inkluż l-atturi se jkollhom swab test kull tliet t’ijiem.

“Is-saħħa pubblika hi prijorità għalina u għall-istudios. Qed naħdmu flimkien mal-awtoritajiet tas-saħħa u Universal Pictures biex għamilna sett ta’ protokolli.  Irrid nserraħ moħħ kulħadd li s-saħħa hi l-ewwel madanakollu rridu nibqgħu għaddejjin biex ma nitilfux il-kompettitività tagħna.”

Il-Kummissarju tal-Films qal li l-pandemija affettwat b’mod negattiv l-industrija tal-films madwar id-dinja kollha, madanakollu fix-xhur li għaddew il-ħidma ntensifikat biex ma jintilifx ix-xogħol li kien destinat għall-Malta.

“Ilna naħdmu ma’ Universal Pictures ‘il fuq min sena. Din hi produzzjoni li se tħaddem ‘ilfuq minn 1,000 crew f’pajjiżna.Nemmen li l-industrija tal-films se tkun waħda mill-ewwel industriji li tirpilja.  B’hekk inkomplu nattiraw aktar produzzjonijiet lejn pajjiżna u nattiraw aktar xogħol lejn dawk il-persuni li jridu jaħdmu f’pajjiżna.”

Ma’ Television Malta, il-Ministru għat-Turiżmu, Julia Farrugia Portelli qalet li apparti Jurrasic World: Domninion, il-Kummissjoni tal-Films f’Malta qed tistenna 9 produzzjonijiet internazzjonali għal din is-sena. Qalet li dan ifisser li jekk dawn il-films jinġibdu Malta, ikunu qed jirrendu f’iktar ħolqien t’impjiegi f’pajjiżna.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar