Lokali
Syria Gżira FC: Tim ġdid tal-futbol f’Malta b’taħlita ta’ nazzjonalitajiet

Suldat Malti hu fost grupp ta’ dilettanti tal-futbol minn għadd ta’ pajjiżi li għadhom kemm iffurmaw tim internazzjonali li jilgħab fil-kampjonat lokali tal-amateurs. Il-kowċ Omar Rababah qal li t-tim Syria Gżira FC hu eżempju mill-aqwa ta’ diversità.

Tkellem ma’ wħud mill-players, TVM.

Fil-grawnd ta’ Santa Venera, appuntament ta’ kull ġimgħa għal grupp ta’ żgħażagħ barranin li jgħixu Malta. Huma jiffurmaw tim tal-futbol bl-isem ta’ Syria Gżira FC.

Abd Al Aziz qal ”Ġejt fl-2013 Malta fid-dgħajsa. Kelli ħbieb miegħi u mietu 200. Wasalt Malta hawnhekk.”

Lucky Chizobor qal ”Life was at stake in Nigeria. You’ve got to take the risk to make a life here in Malta.”

Nurudeen Mohammed qal ”I came by boat. I was rescued by the rescuers.”

Al Kurt Hussein ma jistax jirritorna s-Sirja. Raħal twelidu ntradam bil-gwerer. ”Għoġbitni ħafna Malta u bqajt hawn Malta għal dejjem. Ilni 12-il sena. Ġejt nittrenja naqra ma’ dan it-tim tagħna Syria Gżira.”

Bashir Wakil ilu Malta 15-il sena. Tgħallem il-Malti fi 3 xhur u n-nies lanqas tinduna li hu Sirjan.

”Illum għandi 22 sena. Għadni m’iniex Malti. Nazzjonalità Sirjana imsomma. Ġejt ningħaqad mat-tim għax għoġbitni l-idea ta’ tim internazzjonali.”

It-tim ta’ Syria Gżira FC huwa xempju ta’ dak li kapaċi jagħmel il-futbol . . . jgħaqqad popli flimkien.

Al Kurt Hussein qal ”kollha ngħoddhom aħwa bħal ħuti l-oħrajn u nirrispettahom u jirrispettawni.”

”They are like a family to me now. They’re good Maltese people. Maltese people are good. I love them.”

Il-kowċ tas-Syria Gżira FC, Omar Rababah, spjega li din l-idea ta’ tim tal-futbol nibtet mill-komunità Sirjana f’Malta. Qal iżda li hu ried li mat-tim tal-futbol ma jingħaqdux biss żgħażagħ Sirjani.

”Illum għandna tim li huwa internazzjonli ta’ veru jiġifieri għandna Somalja, Niġerja, Ghana, Sirja, Palestina, Sudan, anki suldat Malti, jiġifieri aħna ma nagħlqu l-bibien għal ħadd. L-idea hi li niċċelebraw id-diversità fl-isbaħ sport għalija li jeżisti: il-futbol.”

Omar Rababah qal li r-razziżmu f’Malta jinħass l-aktar fuq il-midja soċjali. Wera l-fehma li attivitajiet bħal dawn jgħinu fl-integrazzjoni.

”Meta qed jaraw dawn in-nies jilagħbu magħhom, awtomatikament dik il-barriera tar-razziżmu titkisser speċjalment meta jkun hemm xi player tajjeb għax jippruvaw jeħduhulna.”

Bħalissa, it-tim ta’ Syria Gżira FC għaddej bit-taħriġ għal-logħba tas-Sibt li ġej kontra Paola Kordin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

L-Opożizzjoni Nazzjonalista ppreżentat abbozz ta’ liġi dwar il-Ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, qal fi stqarrija li l-abbozz jipproponi tibdil fil-liġi u l-kostituzzzjoni biex il-Kummissarju tal-Pulizija jibda jinħatar bl-approvazzjoni…

Politika

Bejn nofs l-2018 u nofs is-sena li għaddiet, l-Aġenzija tal-programm ta’ ċittadinaza b’investiment irċeviet 311-il applikazzjoni, dsatax inqas mill-istess perjodu s-sena ta’ qabel, b’żidiet fl-applikazzonijiet mill-Ażja u l-Ewropa. Mindu beda l-programm,…

Trasport

Il-karozzi tal-linja tal-futur mistennija jaħdmu bl-elettriku u konxja minn dan, il-Malta Public Transport b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Slovena, TAM varat l-ewwel karozza ta’ dan it-tip f’Malta. Il-General Manager tal-kumpanija, Konrad Pule qal…

Qorti

Impjegat f’garaxx tal-VRT spiċċa bil-liċenzja sospiża għal għaxar snin wara li ċċertifika karozza li sippost m’għaddietx mit-test. Michael Anthony Cahill miż-Żurrieq, impjegat f’garaxx tal-VRT f’Ħal Luqa, instab ħati li aċċetta…

Aktar