Negozju
Ta’ 11-il sena joħlom li jsir intraprenditur

Tifel ta’ ħdax-il sena, André Micallef, joħlom li jsir intraprenditur u kien wieħed mill-140 ruħ li attendew għal attività tal-istart-ups żgħar u medji organizzata mill-Malta Enterprise.

André Micallef qal li qed jibda minn issa jinforma ruħu ħalli meta jikber ikun jaf kif se jwettaq l-ħolma tiegħu.

Andre’ qalilna li għandu ħafna ħolm u għalhekk qed jattendi kemm jiflaħ attivitajiet ta’ dan it-tip għax irid ikun jaf x’għandu jagħmel meta jikber. “Il-ħolma tiegħi li nipparteċipa f’kull summit fid-dinja.”

Staqsejnieh x’qed jitgħallem meta jattendi għal dawn il-konferenzi. “Dwar l-id identification, dwar l-istart-ups kif jaħdmu.”

Il-Ministru għall-Ekonomija, Chris Cardona, qal li l-Gvern qed jagħmel ħafna xogħol biex il-kumpaniji start-ups ikollhom kemm jista’ jkun opportunitajiet li jimirħu fl-avventura tan-negozju ġdid tagħhom.

Dr Cardona qal li l-ekonomija Maltija titkattar u tissaħħaħ bl-innovazzjoni ta’ dawn l-istart-ups, f’ideat ġodda, servizzi u prodotti ġodda. Bejn l-2015 u l-2019, mat-tmenin start-up ibbenfikaw minn fondi ta’ madwar €2 miljun li pprovdiet il-Malta Enterprise.

Waqt li indirizza lill-imprendituri li għandhom kumpanniji start-ups jew li huma nteressati li jibdew jibnu l-kumpanniji tagħhom, il-Ministru Cardona vara app ġdida li permezz tagħha se jkollhom l-informazzjoni kollha dwar dak meħtieġ biex jibdew in-negozju tagħhom.

L-applikazzjoni tal-istart ups tinstab bl-isem ta’ Enterprise Incentives App.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Raġel ta’ 43 sena minn Ħal Tarxien ġie kkundannat 18-il xahar ħabs u mmultat ħames mitt ewro wara li ġie akkużat bi traffikar u pussess ta’ droga u li huwa…

Qorti

Raġel ta’ 35 sena nstab ħati li kkaġuna ksur lil mara, li żammha kontra l-volontà tagħha u li heddidha. Destiny Ogbiede ġie kkundannat sena priġunerija effettiva mill-Maġistrat Charmaine Galea. In-Niġerjan…

COVID-19

Minn nhar il-Ġimgħa li għadda reġgħu bdew isiru l-funerali taħt għadd ta’ direttivi differenti. Fost id-direttivi hemm li l-funerali jistgħu jsiru fil-miftuħ bħal f’ċimiterji jew fuq iz-zuntier tal-knisja, jew fi knejjes…

Aktar