Lokali
Ta’ 11-il sena u jdoqq il-vjolin bħall-aqwa vjolinisti
Teo Gertler huwa vjolinista Slovakk li minkejja li għad għandu 11-il sena diġa iħaddan talenti straordinarji. Iltqajna miegħu waqt li kien għaddej bl-aħħar provi mal-pjanista Antonio Gomena biex jagħtu kunċert fil-Belt fl-okkażjoni tal-jum nazzjonali tar-Repubblika Slovakka.

Beda jitgħallem il-vjolin meta kellu biss tliet snin. illum għandu 11-il sena. Teo Gertler diġà jitqies bħala wieħed mill-aktar vjolinisti promettenti fid-dinja.

Il-vjolinista simpatiku Slovakk rebaħ għadd ta’ kompetizzjonijiet prestiġjużi u minkejja li għadu żgħir, ta’ kunċerti bħala solista f’diversi pajjjiżi. Akkumpanja wkoll orkestri ewlenin fl-Isvizzera, l-Ungerija, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka u f’għadd ta’ pajjiżi madwar id-dinja. Attenda għadd ta’ masterclasses ma’ surmastrijiet rinomati.

“Music is very nice and I like it because happiness comes from it,” qal Teo Gertler.

Teo qed ikun akkumpanjat minn Antonio Gomena, pjanista li għad għandu 22 sena. Il-karriera tiegħu diġà ħadet spinta b’kunċerti bħala solista fit-teatru Ariston f’Sanremo u fit-teatru Palaturismo f’Jesolo. Jibqa’ mnaqqax fil-karriera tiegħu l-mument meta tliet snin ilu fl-2016 ddebutta fis-sala Carnegie fi New York bħala solista.

Antonio kien deskritt mill-media Taljana u mill-media internazzjonali bħala artist li għandu talent formidabbli.

“I had the opportunity, the luck and the honor to be chosen to play with him, so we started to attend concerts and this is a great opportunity for us, here in Malta and also for me to play with Teo,” qal Antonio Gomena.

Iż-żewġ mużiċisti ħadu sehem ukoll f’kunċerti fil-Palazz ta’ Sant’Anton taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, George Vella u fil-Kamra tal-Kummerċ. Il-mużiċisti kienu Malta bi stedina mill-konslu ġenerali onorarju tal-Islovakkja fl-okkażjoni taċ-ċelebrazzjoni tal-jum nazzjonali tar-Repubblika Slovakka.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

L-Assoċjazzjoni Medika Maltija fi stqarrija dalgħodu qalet li d-direttivi li għaddejjin bħalissa se jiġu estiżi u se jibqgħu fis-seħħ sal-Ġimgħa 14 ta’ Awwissu. F’laqgħa tal-Kunsill tal-MAM li saret ilbieraħ ġie…

Lokali

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi ħatar inkjesta skont il-liġi bil-għan li tistabilixxi l-fatti b’rabta ma’ każ fejn priġunier li ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest, kien rilaxxat mill-ħabs u deher…

Lokali

Il-Maltapost qalet li l-ħidma tagħha għadha ma ġietx lura għan-normal riżultat fost l-oħrajn ta’ tnaqqis b’aktar min-nofs fit-titjirjiet kummerċjali, iż-żieda fix-xiri online u l-akkumulazzjoni ta’ posta f’tliet pajjiżi Ewropej. Il-Maltapost…

Aktar