Kurżitajiet
Ta’ 6 snin xtrat binja li tiswa mat-$8 miljun

Boram għad għandha biss 6 snin u diġà saret sinjura.

It-tifla mill-Korea t’Isfel hija magħrufa għall-filmati li tagħmel fuq YouTube fejn tirreklama ġugarelli filwaqt li fetħet ukoll blog personali dwar ħajjitha u dak li tħobb tagħmel.

Bil-ħiliet tagħha, Boram għandha mat-30 miljun subscriber li jsegwuha virtwalment li bis-saħħa tagħhom u tar-reklamar, saret miljunarja.

It-tifla, flimkien ma’ familtha li jgħinuha tmexxi l-imperu li ħolqot, xtrat binja li tiswa madwar $8 miljun f’Seoul.

Il-fama tat-tifla mhix nieqsa mill-kontroversja hekk kif xi wħud argumentaw li l-valuri li l-filmati qed jippromwovu jafu jinfluwenzaw fil-ħażin tfal tamparha. Xi wħud ukoll qalu li tifla ta’ dik l-età qatt m’għandha tintuża għal gwadann finanzjarju.

F’xi filmat partikolari, Boram tirreċta u tisraq il-flus minn but missierha u taħrab bihom f’karozza waħedha.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

F’konferenza tal-aħbarijiet konġunta minn Pariġi, il-Prim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson u l-President Franċiż Emanuel Macron qablu dwar spirtu mġedded u kostruttiv biex jintlaħaq ftehim dwar Brexit. Waqt t-taħditiet kruċjali…

Barranin

Il-preżenza tal-mikroplastiċi fl-ilma li nixorbu ftit li xejn hija ta’ detriment għall-bniedem. Dan qalitu l-World Health Organisation (WHO) f’rapport li jassigura li dan ma jikkawżax ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Skont ir-rapport,…

Barranin

Fil-Brażil, tkompli tisħon il-qiegħa bejn il-President Jair Bolsonaro u l-għaqdiet ambjentali. Dan wara li statistika tal-aġenzija spazjali turi li din is-sena, l-ikbar pulmun fid-dinja . . . l-Amażonja . ….

Barranin

F’Madrid, raġel spiċċa arrestat fuq akkużi li nemmes taħt id-dbielet ta’ aktar minn 550 mara u li ġibdilhom filmati biex tefagħhom onlajn. Ir-raġel huwa Kolumbjan ta’ 53 sena u qed…

Aktar