Saħħa
ARA: Għamlulu xibka f’qalbu biex ma ttihx puplesija

Fl-isptar Mater Dei fil-preżenza ta’ uliedu Sonia u Charlene, Publius Borg kien jidher fi stat ta’ saħħa tajba, jumejn biss wara li sarulu intervent f’qalbu biex jevita attakk ta’ puplesija.

Publius, li għandu 80 sena, qabditu l-Atrial Fibrillation, marda li ma tħallix il-qalb taħdem b’mod regolari, iżda bl-intervent li sarlu se jiskansa xi attakk ta’ puplesija.

“Reġgħu tawni s-saħħa mill-ġdid. Qed inħossni tajjeb ħafna u nirringrazzjahom minn qalb.”

Dr Robert Xuereb, Ċermen tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija fl-Isptar Mater Dei, qal li l-Atrial Fibrilation qed issir iżjed komuni minħabba li hawn iżjed anzjani fil-popolazzjoni waqt li żied jgħid li din il-kundizzjoni tolqot ukoll persuni ta’ etajiet iżgħar. Huwa qal li persuna minn kull tlieta li għandhom din il-marda jkunu f’riskju li ttihom puplesija.

“Jistgħu jiffurmaw ċapep tad-demm fil-qalb, partikolarment f’pouch li hemm fuq in-naħa tax-xellug tal-qalb u meta dawn il-blood clots jisparaw għal ġol-moħħ jagħti puplesija, l-agħar tip ta’ puplesija, l-iktar li se tħalli ħsara,” spjega Dr Xuereb.

Din il-kundizzjoni tiġi trattata bl-użu tal-mediċina warfarina li traqqaq id-demm. Din iżda għandha l-konsegwenzi tagħha, fosthom li tikkawża tbenġil, ħruġ ta’ demm mill-imnieħer u mill-imsaren, tant li diversi pazjenti jkollhom iwaqqfu dil-kura u tikber il-possibilità ta’ puplesija. Iżda intervent kiruġiku li beda jintuża fl-isptar Mater Dei erba’ snin ilu qed jagħmel tajjeb għal dawn il-pazjenti.

“Nidħlu mill-kaxxa, nidħlu minn fuq in-naħa tal-vina biex naslu fuq in-naħa tal-lemin tal-qalb, naqsmu għan-naħa tax-xellug, insibu fejn qiegħda din il-pouch, il-Left Atrial Appendage, indaħħlu din id-device, qisha forma ta’ xibka li tissiġilla din il-pouch u nitilquha hemmhekk f’postha. Wara ftit ġimgħat jibda’ jifforma qisu lining tal-qalb fuqha, qisu gypsum li jissiġilla għalkollox. minn dak il-ħin ‘l hemm, il-pazjent protett milli jkollu puplesija.”

Dr Xuereb qal li din il-proċedura diġà saret fuq 23 pazjent.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Heritage Malta flimkien mal-Fond Soċjali għall-Iżvilupp Nazzjonali, ġabu lura Malta pittura prestiġġjuża ta’ Mattia Preti li sal-aħħar tas-seklu 19 kienet fil-Palazz tal-Granmastru l-Belt u mbagħad spiċċat f’kollezzjoni privata l-Istati Uniti….

Qorti

Ingliż ta’ 43 sena, Neil Andrew Bebbington li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex ingħata sentenza ta’ probation wara li ammetta li fl-2018 kellu fil-pussess tiegħu droga kokaina u kannabis. Huwa kien akkużat…

Qorti

Raġel li sawwat sal-punt li kważi qatel raġel fis-sakra li ħebb għalih barra post tad-divertiment inħeles mill-akkużi fuq bażi li ddefenda ruħu. Shaun Demicoli ġie akkużat li darab gravi lit-Tuneżin…

Lokali

Il-Gvern mistenni jibda l-proċess ta’ għażla ta’ żewġ Prosekuturi Delegati Ewropej biex jingħaqdu fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pobbliku Ewropew (UPPE), li ser ikunu stazzjonati Malta. L-għażla se ssir permezz ta’ sejħa pubblika bil-għan…

Aktar