Stejjer Umani
Ta’ 80 sena se jtemmu l-ħidma fid-Dar tal-Providenza

Tlett sorijiet li lkoll għandhom tmenin sena kienu emozzjonati ferm, speċjalment Swor Gesuina Mangion li se jispiċċaw mid-Dar tal-Providenza minħabba l-età wara servizz ta’ aktar minn 50 sena.

Is-sorijiet ta’ St Jeanne Anthide Thouret magħrufa bħala s-sorijiet tal-karità kienu mitluba jagħtu s-servizzi tagħhom fid-dar mill-fundatur tad-Dar tal-Providenza, Monsinjur Mikiel Azzopardi.

L-iktar waħda li ilha f’din id-dar hija Swor Gesiuna Mangion li għandha 80 sena u sibniha emozzjonata għaliex qaltilna li għaliha se tkun diffiċli wisq li wara 41 sena mhux se tibqa’ tgħix mar-residenti b’diżabilita’ fid-Dar tal-Providenza. “Għalija huma t-tfal tiegħi, inħobbhom iżjed minn uliedi nħoss wisq in-nuqqas, rabbejthom minn 16 sena sa 55”.

Swor Bernarda Buhagiar flimkien ma’ soru oħra Swor Bertha Bezzina ilha taħdem fid-dar għal għoxrin sena. “Nagħmel magħhom, iddedikata biex narahom iktar komdi u ferħanin”.

Swor Lorenza ilha fid-dar għal dawn l-aħħar 13-il sena, u qaltilna li se ssibha diffiċli wisq li tħalli warajha lill-persuni b’diżabilita’ li tant ħabbet. “Se nimmissja d-dar u lir-residenti u l-personnel ghax dejjem ghenuna u tawna sostenn tagħna”.

Is-superjura tal-kongregazzjoni Swor Nathalie Abela qalet li d-deċiżjoni flimkien mas-sorijiet fid-dar tal-Providenza ħaditha b’għafsa ta’ qalb.

“Deċiżjoni diffiċli, imma s-sitwazzjoni tan-numru u età tas-sorijiet għenitna biex naslu għal din id-deċiżjoni”.

Is-sorijiet qalulna li minkejja li għalihom hija għafsa ta’ qalb li mhux se jibqgħu jgħixu fid-dar, għanshom serħan il-moħħ li se jħallu warajhom dar immexxija b’dedikazzjoni u tant imħabba mid-direttur Fr Martin Micallef u t-tim tal-amministrazzjoni tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

Illejla, il-preżentatur popolari Ben Camille u martu Xtina għad kif kellhom tarbija għat-tieni darba. Wara Elle, il-koppja kompliet tkattar il-familja b’George. Permezz ta’ post fuq Facebook il-preżentatur ħabbar li Xtina…

COVID-19

Mistoqsija dwar jekk trabi għandhomx jitlibbsu maskri, Prof Gauci qalet li tfal taħt 3 snin m’għandhomx jitlibbsu l-maskra għax din tista’ tkun ta’ periklu għalihom. Dan qalitu meta kienet qed…

COVID-19

Il-Partit Nazzjonalista qal li jinsab infurmat li l-kumpanija Gozo Channel għad m’għandhiex sistema adegwata biex tara li fuq il-vapuri u fit-terminals, il-passiġġieri josservaw il-miżuri ta’ prevenzjoni mill-COVID-19 li ħabbar il-Gvern…

Kultura

Minn issa ‘l quddiem waħda mill-isbaħ xeni tal-Port il-Kbir tista’ titgawda minn fuq il-bejt ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, fil-Belt. Dan hekk kif fi tmiem il-ġimgħa saret l-inawgurazzjoni ta’ dan il-proġett…

Aktar