Kultura
Ta’ 85 sena għadu attiv fil-Karnival

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha. Sibnieh fil-Belt Valletta jgħin fl-organizazzjoni tal-ispettaklu, b’kumpanniji taż-żfin b’kostumi elaborati jistennew biex jidħlu f’nofs il-pjazza u jiżfnu ż-żifna tagħhom.

Is-Sur Zahra qal lil TVM li l-karnival jimlih enerġija.

“Fil-karnival ma jaqbadnix mard, inħossni nerġa niġi żgħir, qiegħed ġo fija.”

Fi Pjazza San Ġorġ spikkaw l-ismijiet taż-żifniet tal-karnival li lkoll jingħataw ir-rima, b’mużika popolari li ġġiegħel lil kull min qiegħed fil-pjazza jifraħ, iċapċap u jiżfen. Min-naħa tagħhom il-kumpanniji taż-żfin, b’kostumi mill-isbaħ jagħmlu ħilithom biex jimpressjonaw il-ġurija li tagħmel ħamest ijiem tanalizza min hu l-aħjar minnhom. Fil-pjazza ltqajna ma’ Mario Camilleri li ilu snin twal involut fil-karnival.

“Il-karnival itini sodisfazzjon u nara l-entuzjazmu tal-karristi u zeffiena, u sodisfazzjon li jien parti minnu.”

Il-preżentaturi fil-pjazza libsin il-kostumi qalulna li r-renju tal-karnival jistennewh għax jitpaxxew bl-ispettaklu li jittella’ b’tant sagrifiċċju mill-kumpanniji tal-karnival, kemm bħala kostumi, żfin, maskri grotteski, u l-karrijiet.

“Il-karnival inħobbu mmens u nħobb nilbes il-kostumi, allura okkazjoni biex nilbes il-kostumi,” qaltilna Frida Cauchi.

“Niltaqgħu kull sena jien u Frida, jirnexxilna l-personalitá taghna,” qal Roderick Azzopardi.

Għal dawk li ma jistgħux jitilgħu l-Belt Valletta biex igawdu l-karnival, l-istazzjonijiet ta’ Television Malta se jagħtu xandiriet diretti tal-ispettakli, fosthom bil-Karnival tat-tfal li jixxandar is-Sibt filgħodu fuq TVM2, is-Sibt filgħaxija għall-ewwel darba se jixxandar il-karnival spontanju tan-Nadur fl-għaxra ta’ filgħaxija fuq TVM, u fuq TVM2 se jixxandru l-ispettakli tal-karnival tal-Ħadd, it-Tnejn u tat-Tlieta, bil-karnival jagħlaq bl-isfilita trijonfali fil-Floriana.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Raġel ta’ 34 sena, li joqgħod il-Fgura, weġġa’ gravi waqt li kien qed isuq ir-rota. Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-pulizija jirriżulta li ċ-ċiklist kellu mpatt ma’ bollard u ġarrab xi ġrieħi. Huwa…

Kronaka

Żagħżugħ ta’ 19-il sena minn Ħal Tarxien ġie arrestat il-lejl li għadda dwar serqa minn lukanda f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija qalet li għall-ħabta tal-11:30 p.m. irċeviet rapport minn ħaddiema ta’…

Politika

B’reazzjoni għall-istqarrija tad-deputati Nazzjonalisti li rrefera għalihom bħala li sal-lum mhux magħrufa, il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li s-sottomissjonijiet legali diġà saru minnu stess mal-President ta’ Malta…

Aktar