COVID-19
Ta’ kuljum il-karozzi tal-linja qed jiġu ffumugati

Biex titneħħa kull traċċa possibli tal-Coronavirus, fil-ħemda tal-lejl, Transport Malta qed jiffumigaw il-karozzi tal-linja li jintużaw waqt is-servizz tat-trasport pubbliku matul il-ġurnata. Dan qed isir kuljum biex tonqos il-probabiltà li jinxtered il-virus bejn il-passiġieri. S’issa ġew iffumugati mal-41,000 karozza tal-linja, filwaqt li qed isir ukoll tindif regolari tal-vened tal-karozzi tal-linja.

Wara ġurnata twila ta’ servizz, kull karozza tal-linja użata qed tgħaddi minn proċess rigoruż ta’ fumigazzjoni li jibda fid-disgħa u nofs ta’ filgħaxija u jibqa’ sejjer matul il-lejl għal 7 sigħat.

Dan il-proċess iseħħ kuljum fil-Park and Ride tal-Furjana u l-Marsa, fiċ-Ċirkewwa u fir-Rabat, Għawdex. Mill-bidu tal-pandemija s’issa, il-Ministeru tat-Trasport flimkien ma’ Malta Public Trasport iffumugaw mal-41,000 karozza tal-linja bi spiża totali ta’ €313,000. Apparti l-fumigazzjoni tal-karozzi tal-linja nfushom, qed isir ukoll tindif tal-vened tal-karozzi tal-linja.

Ivan Pierre Vella Senior Manager tat-Trasport Pubbliku fi ħdan Trasport Malta qal li qed jittieħdu numri ta’ miżuri biex tonqos il-probabiltà li jinxtered il-virus bejn il-passiġġieri.

“Saru affarijiet oħra li fitlers tal-air condition tnaddfu ħafna aħjar milli kienu jintaddfu qabel, bi proċess iktar rigoruż. Inbidlu anke l-filters għal tal-apposta biex tintaqqas l-inċidenża, naqqasna n-numri ta’ persuni li jistgħu joqogħdu bilwieqfa fuq tal-linja, u l-pagament qed isir bil-card hemm ukoll dividers bejn id-driver u l-passiġiera u allura qed tiproteġġi kemm ix-xuffier u kif il-passiġġier.”

Is-Sur Vella fakkar li l-użu tal-maskra fuq tal-linja huwa obbligatorju f’kull ħin u kull mument. Qal li hija essenzjali li tintilbes għall-ġid ta’ kulħadd.

“Qed isiru spezzjonijiet għal għarrieda mhux neċċesarjament fuq kull tal-linja li se titla’ se ssib lil xi ħadd iżda għal għarrieda u jekk bniedem jinqabad se jkollu jħallas din il-multa.”

Permezz tal-avviż legali li daħal fis-seħħ il-ġimgħa l-oħra kull min jinqabad mingħajr maskra fi ħwienet, l-ajurport, il-vapur tal-gozo channel u t-trasport pubbliku jista’ jeħel multa ta’ mitt ewro. Jekk il-persuna tammetti quddiem il-Kummissarju tal-Ġustizzja l-penali titnaqqas għal €50 għax il-każ ma jkollux għalfejn imur il-Qorti.

Aħbarijiet Oħra

Għall-ħabta tad-9pm ġie rilaxxat mill-arrest Keith Schembri, l-eks Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, wara li kien arrestat mill-Pulizija għall-ħabta ta’ nofsillejl. Huwa ħareġ mill-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana, akkumpanjat mill-avukati…

Qed joqrob il-jum li fih mistennija jiftħu l-bibien tagħhom l-iskejjel għas-sena skolastika ġdida, Television Malta żar uħud mit-tħejjijiet li qed isiru f’xi skejjel tal-Gvern u tal-Knisja biex jassiguraw il-prekawzjonijiet kollha…

Il-Partit Nazzjonalista qal li hija ħaġa tal-iskantament kif fl-aħħar jiem il-Kummissarju tal-Pulizija bi ftehim mal-Ministru għall-Intern, Byron Camilleri ħabbar li l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-Korp tal-Pulizija se tispiċċa u dan…

Fid-Dar tal-Anzjani San Ġużepp il-Fgura bħalissa hemm ftit iżjed minn 100 anzjan li għandhom il-Coronavirus. 15 minnhom irriżultaw ilbieraħ. Il-Clinical Chair tal-Ġerjatrija, Dr Brian Farrugia, qal lil TVM li s-sitwazzjoni…

Aktar