Lokali
Ta’ min hi Ġerusalemm?

F’Malta l-kwistjoni dwar Ġerusalemm hija wkoll sensittiva b’diverġenzi bejn il-komunitajiet kemm tal-Palestinjani kif ukoll tal-Iżraeljani. Il-Palestinjana, Sanaa el-Nahhal qalet li l-Palestinjani huma mweġġgħa ħafna bid-deċiżjoni tal-President Amerikan Donald Trump. Mill-banda l-oħra, Mushka Segal qalet li ma tistax tifhem għalfejn din l-agħaa għaliex skont hi Ġerusalemm ilha l-belt kapitali ta’ Iżrael.

Għall-Musulmani u b’mod partikulari għall-Palestinjani, id-deċiżjoni tal-President Trump li l-Istati Uniti tqis lil Ġerusalemm bħala l-kapitali ta’ Iżrael, hija ferm aktar milli deċiżjoni kontroversjali. Dan is-sentiment jinħass ukoll fost il-komunità Palestinjana f’Malta.

Tħossha konfuża bid-deċiżjoni ta’ Trump

Sanaa el-Nahhal li ilha tgħix f’Malta għal żmien twil qalet li tħossha konfuża bid-deċiżjoni ta’ Trump.

“Fuq Ġerusalemm qalbi maħruqa ħafna, kull Palestinjani u suppost kull Musulman, għax Ġerusalemm hija importanti ħafna, f’Gaza ddejjaqna u mhux daqs Ġerusalemm jekk nitilfu Ġerusalemm nitilfu kollox” qalet Sanaa el Nahhal.

Tgħid li ma tistax tifhem għala nqalgħet din ir-reazzjoni

Mill-banda l-oħra, Mushka Segal qalet li ma tistax tifhem għala nqalgħet tant reazzjoni negattiva dwar id-deċiżjoni ta’ Trump.

Mushka Segal qalet li “as a Jew I was surprised about the hassle about this announcement, for over 3,000 years, it was always the capital of the country”.

Sanaa el-Nahhal qalet li hija ddiżappuntata għaliex fil-fehma tagħha, il-mexxejja Musulmani Għarab qed joqogħdu lura milli jiddefendu lil Ġerusalemm.

“Aħna rridu l-ħakkiema, dawn qed isemmu affarijiet li qishom iriduna ninsew lil Ġerusalemm” qal li  Sanaa el-Nahhal.

Mushka Segal qalet li tħossha sorpriża b’dan id-dibattitu, għax temmen li l-belt kapitali ta’ pajjiż għandha tkun deċiża mill-pajjiż stess u mhux minn pajjiżi oħra.

Mushka Segal stqarret li “I think every country has a right to decide its capital city, like Malta can decide the capital city if Sliema or Valletta, it’s a decision of a country and every body should respect the decision of the country”

Madankollu l-istatus internazzjonali ta’ Ġerusalemm għandu sinifikat importanti għal tliet reliġjonijiet ewlenin. Għall-Musulmani din il-belt qaddisa hija importanti minhħbba r-rabtiet tagħha mal-Profeta Muhammed. Ghal Kattoliċi, Ġerusalemm hija parti mill-art Imqadsa fejn seħħew l-akbar ġrajjiet tal-fidi Kristjana u għal-Lhud Ġerusalemm hija parti mill-art imwegħda.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kamra tad-Deputati approvat it-tielet qari tal-abbozz ta’ liġi dwar il-protezzjoni tal-embrijuni b’34 vot u 27  voti kontra. Il-vot intlaqa’ b’ċapċip mill-membri tal-Gvern. L-abbozz issa jonqsu biss il-firma tal-President tar-Repubblika Marie-Louise…

Lokali

Wieħed mill-istilisti magħrufa tal-kantanta internazzjonali Lady Gaga, l-istilist mill-Kroazja, Matija Cop li nġieb Malta f’attività edukattiva għall-istudenti tal-MCAST mill-Fondazzjoni, Malta Chamber of Fashion. F’Malta wieħed mill-istilisti li taħdem miegħu l-kantanta…

Lokali

Mara ta’ 58 sena qaltilna li ilha priġuniera ġo darha għal dawn l-aħħar 9 snin għax minħabba mard ma tiflaħx tinżel żewġ sulari taraġ. Il-mara, Rita Gatt hija armla b’erbat’…

Lokali

F’konferenza tal-aħbarijiet, siegħa qabel ttieħed il-vot fit-tielet qari biex tidħol il-liġi ġdida tal-IVF, id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne sostna li wasal il-waqt li l-politiċi ma jibqgħux jaħsbu…

Aktar