Televiżjoni u Radju
Ta’ tmien snin diġà ppubblikat ktieb tar-riċetti – l-iżgħar koka f’Malta f’ ‘Sibtek’ illum

Edizzjoni oħra ta’ ‘Sibtek’ tinsab wara l-bieb. Illum, mill-ġdid, programm miżgħud stejjer li jnisslu tbissima fost it-telespettaturi, iqanqlu l-kurżità u li jafu jemozzjonaw lil dak li jkun bħal kull nhar ta’ Sibt.

Fost il-mistiedna llum, il-ġurnalista ta’ TVM Sport Joanna Camilleri li fost l-oħrajn se titkellem dwar l-imħabba bla qies għal binha. Illum ukoll, Joanna tistqarr għaliex ma tistax issib is-sieħeb tagħha.

F”Sibtek’ illum ukoll, Svetlana Muscat se tkun qed tiftaħ qalbha fuq għadd ta’ esperjenzi qarsa li għaddiet minnhom u li bis-saħħa tagħhom qawwiet il-karattru tagħha.

Tgħid tagħha llum ukoll, l-iżgħar koka ta’ Malta, Gwen, li minkejja li għandha tmien snin biss diġà ppubblikat ktieb tar-riċetti. Spazju llum ukoll għal Anna Azzopardi, li se taqsam mal-pubbliku wħud mill-proġetti tagħha. Aktar tard, mistennija titkellem fuq il-ħajja miżżewġa.

Mistiedna oħra, Kim Dalli, li se titkellem fuq l-għajnuna li qed tagħti lil bosta nies f’dan il-perjodu straordinarju.

Lil hinn mill-mistiedna, il-mużika llum ma tonqosx b’Kylie Coleiro mistennija tpaxxi l-widna tat-telespettaturi filwaqt li Ryan u Josmar se jissoktaw b’għadd ta’ logħob bħal the box, il-moda challenge u ħafna aktar li Sibt wara Sibt jikkaratterizzaw ‘l din it-trażmissjoni.

‘Sibtek’, illum fis-1.15pm fuq TVM.