Lokali
Tabbandunawx lill-anzjani residenti fid-djar – il-President Vella

Il-President George Vella, flimkien mas-sinjura Vella, żar id-dar tal-anzjani fiż-Żejtun fejn għamel appell lill-familji biex ma jabbandunawx lill-anzjani residenti fid-djar.

Dr Vella kien milqugħ minn ħafna residenti anzjani li kienu jafuh sew kemm fit-tfulija u anki bħala t-tabib tal-familja tagħhom. Dr Vella ħeġġeġ lill-anzjani biex jagħmlu kuraġġ u jżommu ruħhom okkupati kemm jistgħu biex jagħmlu l-massimu li jistgħu jagħmlu fis-sitwazzjoni tagħhom.

Il-President appella wkoll lill-awtoritajiet biex l-anzjani jingħataw ġieħ, u jingħataw iktar rispett fil-kundizzjonijiet tagħhom, fosthom żieda fil-pensjonijiet, għaliex qal li hemm xi anzjani li mhumiex komdi. Fid-dar tal-anzjani fiż-Żejtun, hemm 204 anzjan.

Id-dar ilha mmexxija minn CareMalta għal 25 sena, u hija l-ewwel dar tal-anzjani f’Malta, bil-Gvern jafda t-tmexxija f’idejn il-privat. Fid-dar jaħdmu 140 impjegat.

Aħbarijiet Oħra
Partit Nazzjonalista

Il-Partit Nazzjonalista permess tal-kandidati għall-elezzjonijiet Ewropej Franciz Zammit Dimech u Roselyn Borg Knight qalu li l-Partit Nazzjonalista qed iwiegħed investiment fir-riċerka għal mediċini innovattivi li jsaħħu l-ġlieda kontra l-kanċer. Huma…

Qorti

L-Imħallef irtirat, Michael Mallia, li qed jeżamina l-aħħar messaġġi li kienet irċeviet Daphne Caruana Galizia, se jkun jista’ jeżamina wkoll il-laptop ta’ Caruana Galizia għal theddid li setgħet irċeviet. Dan…

Lokali

Illejla l-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista għandhom l-aħħar attività tagħhom. Mat-tokki ta’ nofsillejl jinżel is-separju tal-kampanja elettorali sabiex jiġu osservati jumejn ta’ silenzju. Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph…

Lokali

Il-kumpanija tal-gaming BET365 ikkonfermat il-pjan tagħha biex tkabbar l-operat tagħha f’Malta billi tirriloka wħud mill-attivitajiet tagħha minn Ġibiltà lejn Malta. Il-kumpanija li kellha uffiċini f’Malta u f’Ġibiltà b’liċenzja biex topera…

Aktar