Lokali
Tabelli juruk fejn hemm parkeġġ vojt biex ma tagħqadx għalxejn

F’Ħal Qormi, waħda mill-aktar lokalitajiet li jgħaddi traffiku, twaħħlu tabelli li jindikaw l-ispazji ta’ parkeġġ li hemm vojta f’toroq partikolari. L-għan tas-sistema huwa li tiffaċilita xi ftit il-hajja għas-sewwieqa u tnaqqas xi ftit it-traffiku tal-karozzi iduru biex ifittxu fejn jipparkjaw.

F’toroq qrib il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi, it-teknoloġija qed tgħin lis-sewwieqa jsibu parkeġġ għall-vettura tagħhom aktar malajr u tnaqqas il-konġestjoni tat-traffiku.

Dawn it-tabelli, li jinsabu f’postijiet frekwentati minn ħafna, jindikaw jekk u kemm hawn parkeġġi disponibbli biex in-nies jevitaw milli joqgħodu jduru madwar it-toroq biex ifittxu parkeġġ għalxejn.

Is-sistema, li ġiet stallata fil-ġimgħat li għaddew, tinkludi fost oħrajn waħda mill-itwal toroq f’Ħal Qormi: Triq il-Vitorja, kif ukoll Triq il-Ġdida, Triq Antonio Muscat Fenech, Triq San Bartilmew u Triq Bertu Hyzler. B’kollox hemm aktar minn 125 sensor midfuna fl-asfalt f’postijiet għall-parkeġġ tal-vetturi f’dawn it-toroq.

Kif vettura tipparkja, is-sensor jindika lis-sistema li naqas post għal parkeġġ, bl-ispazju li jkun fadal vojt għal parkeġġ f’dik it-triq jiġi aġġornat minnufih fuq it-tabelli. Jidher li s-sistema li għada tibda intlaqgħet tajjeb mis-sewwieqa.

“Naħseb li se jkunu tajbin jien hux. Forsi jekk il-board ikun ftit close iktar biex tilħaq tilħqu il-post. Għax sakemm iddur il-one ways tilħaq titilfu,” “Utli għax ma joqgħodux iduru għalxejn il-karozzi,” u “Għada pitgħada meta jibdew jintuzaw ha jkunu utli għal kulhadd imma dejjem tagħmel trial and error biex ittejjeb is-sistema,” kienu fost il-kummenti tas-sewwieqa.

Bit-tiftix għall-postijiet ta’ parkeġġ jaħli ħafna ħin, is-sistema għandha ttaffi waħda mill-akbar uġigħ ta’ ras għas-sewwieqa f’Malta u fl-istess ħin tnaqqas id-dawrien fit-traffiku għal xejn. Dan il-proġett tal-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ġie ffinanzjat mir-rebħ ta’ kompetizzjoni waqt il-Ġimgħa Ewropea tal-Mobilità s-sena li għaddiet.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Żewġ Maltin li jinsabu f’Tokyo kellhom sorpriża ħelwa li ħadd ma kien joħlomha. Waqt li kienu f’Tokyo, il-Maltin iltaqgħu ma’ żagħżugħ Ġappuniż li mhux talli jaf xi kelma ‘l hemm u…

Qorti

Bulgaru li jgħix San Pawl il-Bahar żgiċċa l-proċċeduri kontrih wara żball proċedurali għaliex id-dati tal-akkużi ma tniżżlux sew. Simeon Nikolaw Darakhiev kien akkużat b’hit and run fuq karozza fil-Qawra. Wara…

Saħħa

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold u l-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari Michelle Muscat appellat lin-Nazzjonijiet Magħquda biex tħeġġeġ lil kull pajjiż ikollu strateġija ħolistika li tgħin lill-pazjenti li jbatu bil-mard rari u lill-familji…

Ekonomija u Finanzi

Il-Borża ta’ Malta nediet tliet indiċi tal-bonds fis-suq. Iċ-Chairman tal-Borza ta’ Malta, Joseph Portelli, qal li dawn l-indiċi ġodda se jagħmluha faċli biex investituri jkunu jistgħu jqabblu b’mod faċli r-ritorn…

Aktar