COVID-19
Tabib Taljan, il-kap ta’ sptar f’Milan jgħid li l-virus qed jitlef is-saħħa

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa ħafna inqas b’saħħtu minn kif kien xahar u xahrejn ilu.

L-Italja għandha t-tielet l-ogħla rata ta’ imwiet mill-Covid-19 fid-dinja. Minn meta feġġ il-coronavirus fil-21 ta’ Frar, mietu 33,415. Globalment l-Italja għandha s-sitt l-ogħla infezzjonijiet tal-Covid-19.

Infezzjonijiet ġodda u l-fatalitajiet iżda naqqsu matul ix-xahar ta’ Mejju u l-pajjiż qed jillaxka uħud mill-aktar restrizzjonijiet riġidi li kien impona.

It-tabib Zangrillo qal li xi esperti allarmaw wisq dwar il-possibilità tat-tieni mewġa ta’ infezzjonijiet u l-politiċi jridu jżommu f’moħħhom ir-realtà ġdida. Qal li “jeħtieġ li l-pajjiż jerġa’ jirritorna għan-normalità u xi ħadd irid jieħu responsabilità talli tterrorizza lill-pajjiż.”

Il-Gvern Taljan ħeġġeġ għal kawtela u qal li għadu kmieni wisq biex tkun dikjarata vittorja. Il-Ministeru għas-Saħħa Taljan qal li għadhom qed jistennew l-evidenza xjentifika għat-teorija li l-virus sparixxa u stieden lil dawk li qed jgħidu li jinsabu ċerti minn dan sabiex ma jħawwdux lit-Taljani.

Il-Ministeru għas-Saħħa Taljan minflok ħeġġeġ lit-Taljani sabiex jibgħu kawti, iżommu d-distanza soċjali, jevitaw ġemgħat kbar, jilbsu l-maskri u jaħslu idejhom spiss.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

L-awtoritajiet Amerikani approvaw sanzjonijiet ġodda kontra ċ-Ċina minħabba liġi ġdida ta’ ndħil dwar is-sigurtà f’Hong Kong. Din il-liġi kienet ikkundannata mill-komunità internazzjonali. Il-miżuri tal-Gvern Amerikan li għaddew bi qbil assolut…

COVID-19

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar illi fil-ġimgħat li ġejjin se tinħareġ sejħa biex is-settur tas-saħħa privat jissieħeb mal-Gvern fi skema li permezz tagħha tinħoloq riserva li…

COVID-19

Minkejja li llum tneħħew ħafna restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19, is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika qed tisħaq li xorta għandhom jinżammu prinċipji bażiċi, għaliex il-pandemija għadha ma ntemmitx. Is-Sovrintendenza qalet li l-possibbiltajiet ta’ trażmissjoni…

Aktar