Lokali
Tabiba Maltija b’kariga importanti fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa

Tabiba Maltija ngħata kariga importanti fi ħdan l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Dr Natasha Azzopardi Muscat inħatret bħala Direttur li fost affarijiet oħra se tieħu ħsieb is-servizzi tas-saħħa fl-Ewropa fosthom biex jiżdied l-aċċess għall-mediċini.

Dr Natasha Azzopardi Muscat iggradwat bħala tabiba fl-1995 u minn dakinhar ħadmet f’diversi oqsma tas-saħħa, fosthom is-saħħa materna u tat-tfal, is-saħħa mentali u l-kura primarja. Issa ser iservi fl-Għaqda Dinija tas-Saħħa bħala Direttur ta’ Sistemi u Politika tas-Saħħa fl-Ewropa.

F’intervista ma’ TVM, Dr Azzopardi Muscat qalet li r-responsabbilità primarja ser tkun l-aċċess għal mediċini f’aktar minn 50 pajjiż fir-reġjun Ewropew. “Kif nistgħu niżguraw li l-pajjiżi kollha jkunu jistgħu jaffordjaw il-mediċini li għandhom bżonn in-nies. It-tieni settur li se nkunu qed naħdmu fuqu huwa n-nies li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa. It-tobba, in-nurses, x’inhuma l-bżonnijiet fis-settur tas-saħħa biex aħna nkunu ċerti li nistgħu dejjem nibqgħu ntejbu u nsostnu s-servizzi fis-snin li ġejjin u naħdmu id f’id mal-professjonisti.”

Dr Azzopardi Muscat qalet li żewġ prijoritajiet oħra huma s-saħħa diġitali u s-saħħa mentali. Sostniet li dan il-perjodu diffiċli ħafna li għaddejja minnu d-dinja minħabba l-Covid, hu importanti li isir iżjed investiment fis-settur tas-saħħa biex ma jmutux in-nies minħabba nuqqas ta’ aċċess għas-sistemi tas-saħħa. “Il-Covid kompla fakkarna li f’ħafna pajjiżi kienu n-nies vulnerabbli li kienu affettwati allura għandna bżonn ukoll li nitgħallmu minn din l-esperjenza u naraw kif is-servizzi tas-saħħa jistgħu jkunu preparati ferm aħjar mhux biss jekk ikun hemm mewġa oħra tal-Covid, imma anke għax jista’ jkun hemm mard ieħor infettiv li jkollna fis-snin li ġejjin li rridu nkunu attrezzati ħafna aħjar biex nilqgħu għalih.”

Mill-2016, Dr Azzopardi Muscat serviet bħala President tal-Assoċjazzjoni Ewropea għas-Saħħa Pubblika.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Gudja tressaq il-Qorti l-Ħadd filgħodu, akkużat li lbieraħ waqt li kien fi stabbiliment fil-limiti tar-Rabat, ikkaġuna ġrieħi gravi lil Nathan Luke Borg, li kissirlu n-nuċċali u…

Infrastruttura

Infrastructure Malta għażlet żewġ artisti u żewġ ditti tal-arkitettura minn Malta, Ċipru u r-Rumanija sabiex jipproduċu erba’ xogħlijiet artistiċi kbar għaż-żoni bis-siġar u passaġġi madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project wara…

Kultura

Il-parruċċani tas-Siġġiewi 320 sena ilu kkummissjonaw żewġ biċċiet tal-arti, kurċifiss u kwadru li flimkien jirrappreżentaw ix-xena tal-golgota fi tliet dimensjonijiet. Din l-opra tal-arti kienet saret f’Ruma. F’dan iż-żmien kemm il-kurċifiss…

Stejjer Umani

Fr Martin Micallef, id-Direttur tad-Dar tal-Providenza fis-Siġġiewi illum qed jiċċelebra l-24 anniversarju tal-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu. Fuq il-paġna tiegħu fuq facebook, Fr Martin filwaqt li radd ħajt lil Alla għal dak kollu…

Aktar