Kurżitajiet
Tad-daħk jew tal-biki?

Il-Ministru għall-Intern Taljan qasam fuq il-midja soċjali ritratt immanipulat bil-photoshop fejn jidher wiċċu flok dak tal-attivista Żvediża Greta Thunberg, tfajla ta’ 16-il sena li qajmet moviment kbir favur azzjoni klimatika.

Salvini qal li mhemm xejn ħażin li wieħed jiddieħek bih innifsu iżda fil-verità b’min qiegħed jiddieħak?

Fl-2016, Salvini kien ivvota kontra l-ftehim ta’ Pariġi  dwar it-tibdil fil-klima.

 

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

Bħal ommok ma ssib qatt. Partikolarment, tkun għadek ħalib ommok fi snienek, aktarx li ommok ma titilqekx minuta minn magħha. Magħha, tħoss li ma jonqsok xejn. Madanakollu, iċ-ċirkostanzi mhux dejjem…

Agrikultura

“Marzu jgħidlu ikber, April iżbel u Mejju aħsad.” Hekk jgħid il-Malti għall-qamħ. Żmien il-ħsad tista’ tgħid għadda u minn għelieqi kbar lewn id-deheb illum tilmaħ għexieren ta’ balal ta’ tiben…

Festi

Minn sena għall-oħra d-dilettanti tal-festi jkollhom seba’ mitt sena sakemm joqorbu x-xhur tas-sajf hekk kif b’mod ġenerali malli s-sħana tibda tagħmel tagħha għadd ta’ rħula madwar Malta u Għawdex jiċċelebraw…

Storja

Kulħadd f’żaqqu l-ewwel ma jaħseb. Fit-Tieni Gwerra, xejn anqas. Fl-1939, il-gazzetti u l-Gvern Kolonjali taw l-impressjoni li kien hemm biżżejjed ikel maħżun għal bosta xhur f’każ ta’ gwerra. Ir-realtà, iżda,…

Aktar