Lokali
Taf li teħel multa jekk tikkampja jew tagħmel BBQ f’Kemmuna?

Il-kampeġġ fuq Kemmuna fl-inħawi tal-bajja ta’ Santa Marija u ż-żona magħrufa bħala ta’ Lifrat mhux ser ikun aktar possibbli. L-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi ħarġet Ordni ta’ Waqfien li permezz tagħha l-Awtoritajiet ser ikunu jistgħu jiżgumbraw kull kamp li jkun fl-inħawi u jwaħħlu penali għal min jikser il-liġi.

Kemmuna li saret il-mekka għal mijiet ta’ persuni li l-għaxqa tagħhom jikkampjaw fl-inħawi tal-bajja ta’ Santa Marija saħansitra fix-xitwa daqt tisbaħ mingħajr iżjed kampijiet. Dan għaliex l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi ser tibda tinforza minnufih il-liġi li tipprojbixxi li jintramaw kampijiet f’Kemmuna minħabba li din hija riserva naturali u tagħmel parti min-Natura 2000.

Il-Perit Alexander Borg mill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi spjega li kull minn kien qiegħed jikkampja f’Kemmuna kien qiegħed jikser il-liġi.

“Il-camping li kien qiegħed isir f’Kemmuna kien qed isir f’żona protetta li allura biex isir għandu bżonn ċertu permessi. Dawn il-permessi ma kinux qegħdin jinkisbu u allura l-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi ħadet id-deċiżjoni li toħroġ enforcement notice biex dawk it-tined li baqa’ bħalissa jridu jitneħħew u tieqaf l-attività, ġifieri ma jidħlux tined oħrajn f’dik iż-żona.

Id-deċiżjoni żgur ser tintlaqa’ tajjeb mill-ftit residenti li hemm f’Kemmuna, li jħossu li l-invażjoni tal-kampijiet qed tiżnatura dal-post. Fl-aħħar jiem, Salvu Vella, li ġie intervistat għall-programm Dissett, ilmenta dwar il-ħsara li qed issir mill-kampijiet li anke qed jintramaw ‘l ġewwa fl-ambjent rurali tal-gżira.

“U baqgħu telgħin taħt is-siġar l-erba’ siġriet li baqa’ Kemmuna, għandna dan il-Prinjol, u meta xi ħadd jiġi u ma jkunx komdu fejn qiegħed jaqbad u jaqta’ z-zkuk tas-siġar fejn ikun qiegħed.”

L-ordni ta’ infurzar mill-awtorità għandu l-għan li jwaqqaf il-ħsara li ssir minn din l-attività, fosthom l-iskart li jitħalla fl-inħawi.

Fil-filmat jidher kamp mitluq li ilu hawn mis-sajf, illum f’Diċembru għad hawn l-affarijiet kollha li dawn in-nies li ġew jikkampjaw hawnhekk ħallew fis-sajf.

F’dan l-isfond min jikser il-liġi bil-kampijiet illegali jeħel multa ta’ €100 u jekk fi żmien ġimgħatejn il-pot ma jitnaddafx, l-awtorità timponi penali li titla’ sa €150 kuljum.

“Plus li l-Awtorità tkun tista’ tmur u tneħħi kollox hi ukoll, jew hi stess, jew permezz ta’ kooperazzjoni ma’ dipartimenti jew Minsiteri oħrajn. Hemmhekk hemm il-Pulizija, li fil-fatt diġà għandna kooperazzjoni magħhom, biex naraw u nżommu terms ta’ x’qed jiġri.”

L-Awtorità qalet li ser toħroġ ordnijiet ta’ ordni u waqfien f’żoni oħrajn fejn isiru illegalitajiet.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Malti ta’ 19-il sena li kien jinsab miżmum arrestat ġewwa l-Lock-up fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, ipprova jweġġa’ lilu nnifsu. Il-każ seħħ illum fis-7pm.  Intervent immedjat tal-Pulizija waqqaf din l-azzjoni u r-raġel…

Lokali

San Ġiljan sebaħ nadif pupilla wara lejl ta’ divertiment f’Jum San Patrizju. Il-ħaddiema tat-tindif xkupaw 15-il tunnellata ta’ skart f’ħames sigħat. Ma’ sbieħ it-Tnejn filgħodu, il-Pjazza ta’ Spinola u toroq tal-madwar…

Kronaka

Lejn is-snin sittin tas-seklu sbatax, il-Berġa tal-Italja kienet imżejna b’dak li jissejjaħ la scala grande, it-taraġ il-kbir. Bl-interventi strutturali li sar fil-berġa tul is-snin il-preġju tat-taraġ intilef meta fost oħrajn…

Kultura

Aktar minn 500 mudell, xogħol membri ta’ waħda mill-għaqdiet lokali tal-mudelli, qed ikunu esebiti fil-Mużew Marittimu fil-Birgu. Il-wirja se tkun miftuħa għall-aħħar ġunrata, għada, jum ta’ btala pubblika. Mijiet ta’…

Aktar