Lokali
Taf x’għandek tagħmel meta xi ħadd tagħtih aċċessjoni?

Il-jum internazzjonali tal-Epilessija li jitfakkar bħal-lum hu okkazzjoni biex jitkattar l-għarfien dwar din il-kundizzjoni li taffettwa 1% tal-popolazzjoni. Television Malta tkellem mal-Professur Janet Mifsud dwar ir-riċerka fuq din il-kundizzjoni u ma’ missier li ibnu għandu din il-kundizzjoni, li spjega li l-istigma tort tan-nuqqas ta’ għarfien hija kultant agħar mill-kundizzjoni innifisha.

Mal-erbat elef persuna f’Malta jbatu mill-epilessija. Skont il-Professur Janet Mifsud sebgħin fil-mija minnhom jistgħu jiġu kkontrollati bil-mediċina. Dan ifisser li persuna bl-epilessija tista’ tgħix ħajja normali, iżda tkun tista’ ssuq biss jekk f’sena ma jkollha l-ebda aċċessjoni.

Il-Professur Mifsud, li tirriċerka dwar mediċini li jikkontrollaw din l-kundizzjoni, spjegat li hemm madwar erbgħin tip differenti ta’ aċċessjonijiet.

“Li jiġri fl-epilessija għal ċertu raġunijiet li għadna qed nagħmlu ħafna riċerka fuqha, in-neurons, jiġifieri dawk iċ-ċelloli jibagħtu messaġġi mill-moħħ tagħna għall-ġisem tagħna kollu jibdew jibagħtu messaġġi mingħajr m’aħna jkollna kontroll fuqhom. Għalhekk fis-sintomi tal-epilessija li naraw, naraw dawk il-movimenti mhux tas-soltu, forsi jibda jagħti b’idejh jew b’saqajh jew inkella joħroġ il-bżieq mill-ħalq jew saħansitra wieħed jiċċassa għal ftit sekondi.”

Il-Professur Mifsud spjegat li ħafna tfal li jbatu bl-epilessija, joħorġu minnha fil-pubertà. Semmiet li l-epilessija tista’ tiżviluppa wara xi inċident jew mard bħal meninġite, kif ukoll bl-anzjanità.

“Nafu li l-anzjani l-persentaġġ hija 10 fil-mija għax nafu li l-epilessija tista’ tkun assoċjata pereżempju ma’ xi ħadd li jkollu xi stroke jew dementia jew anke alzheimer… il-moħħ jibda bl-anzjanità jaħdem aktar bil-mod,” spjegat il-Prof Mifsud.

Frank Portelli – il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Epilessija fi ħdan il-Caritas u missier ta’ tifel li jbati bl-epilessija wera l-inkwiet tiegħu dwar l-istigma li din il-kundizzjoni ġġib maghha minħabba nuqqas ta’ għarfien.

“Kważi kważi nista’ ngħidlek li s-soċjetà kultant toħloq problemi iktar mill-kundizzjoni nnifisha għax dak li jkun imur pereżempju biex japplikka għax-xogħol kif tgħidli li għandek l-epilessija jaraw kif jagħmlu jduru minn wara l-kwinti u ma jaċċettawkx. Hekk l-iskejjel, pereżempju l-ġenituri jgħidu lit-tifel evitah lil dak, issa din mhux xi marda li tittieħed mhix kundizzjoni li tittieħed,” qal Portelli.

Meta persuna bl-epilessija tagħtiha aċċessjoni hu rrakkomandat li jitneħħew l-oġġetti li jistgħu jkunu ta’ periklu minn madwarha, u li titpoġġa xi ħaġa ratba taħt ir-ras, imbagħad meta l-pesuna tikkalma għandha tiddawwar fuq ġenb. F’każ li l-aċċessjoni ddum aktar minn ħames minuti… din jaf tkun emerġenza li tigi trattata fl-isptar.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Id-Direttur tal-Europol, Rob Wainwright, qal li l-aġenzija Ewropea li jmexxi għadha qed qed tinvestiga l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Fuq Twitter, Wainwright irrefera għal rapport tal-Malta Independent, fejn intqal li,…

Lokali

Il-baħħara tat-tanker li nkalja fil-Qawra qed iħossu li jinsabu fl-istess ilma bħal ma kien il-vapur li kienu fuqu ftit minuti qabel ma’ weħel mal-blat! Iħossu li tħallew għal riħhom u…

Lokali

Il-Karnival ġie fi tmiemu, f’sena b’edizzjoni straordinarja billi minħabba l-maltemp xi attivitajiet ġew posposti għal tmiem din il-ġimgħa. Wara nofsinhar ġie organizzat il-Gran Defile’ fil-Floriana, b’uħud mill-parteċipanti jissuġġerixxu li l-karnival…

Lokali

Bosta dilettanti tal-avjazzjoni llum waranofsinhar fittxew l-aħjar post biex isegwu u jieħdu r-ritratti tat-tluq minn Malta tal-Airbus A380 tal-linja tal-ajru Air France. L-ajruplan, l-akbar tal-passiġġieri fid-dinja u fil-familja tal-manifattura Airbus,…

Aktar