Saħħa
Taf x’inhuma s-sintomi tal-kanċer fit-testikoli?

Kull sena f’Malta jfeġġu madwar 20 każ ta’ kanċer fit-testikoli. Hu stmat li kull sena jmutu żewġt irġiel b’dan il-kanċer. Stħarriġ li sar ix-xahar li għadda wera li tnejn minn kull tlett irġiel Maltin m’għandhomx idea ta’ kif jiċċekkjaw it-testikoli tagħhom għall-kanċer.

Id-Direttur tal-Kura tal-Kanċer, Danika Marmara’, ħabbret li mis-sena d-dieħla fl-Isptar tal-Onkoloġija se jkun hemm infermiera speċjalizzati fil-kanċer tat-testikoli biex iservu ta’ spalla għall-pazjenti . . . mill-mument li jiskopru li huma morda bil-kanċer fit-testikoli sal-mument li jieħdu l-kura.

Stħarriġ ikkummissjonat mill-Fondazzjoni Marigold wera li madwar 11,000 raġel Malti kellhom xi forma ta’ mard fit-testikoli tagħhom fosthom kanċer fit-testikoli. Ir-Riċerkatur, Vincent Marmara’, stqarr li mill-istħarriġ ħareġ li żewġ terzi tal-irġiel m’għandhomx ħjiel ta’ kif jiċċekkjaw it-testikoli għal sintomi ta’ kanċer.

”Jiġifieri 2 minn 3 irġiel f’Malta ma jafu xejn. Ma jafux kif jiċċekkjaw it-testikoli tagħhom u allura hemmhekk jindika iktar u iktar il-bżonn biex ikun hemm iktar informazzjoni dwar is-suġġett.”

Mill-istħarriġ joħroġ li l-pensjonanti u persuni qiegħda huma fost l-iktar li ma jafux x’għandhom jagħmlu. Xejra oħra fl-istudju turi li disgħa minn kull għaxart irġiel wieġbu li t-tobba tagħhom ma qalulhomx biex jiċċekkjaw it-testikoli.

Id-Direttur għall-Kura tal-Kanċer, Danika Marmara’, spjegat li l-kanċer tat-testikoli jolqot l-iktar irġiel fl-età bejn 15 u 44 sena. Ħeġġet lill-irġiel bex jiċċekkjaw it-testikoli tagħhom mill-inqas darba fix-xahar.

”Jekk persuna jkollha toqol f’waħda mit-testikoli jew build-up ta’ fluwidu jew il-persuna tħoss xi boċċa jew waħda tkun ħafna ikbar mill-oħra jew ikun hemm sudden change fid-daqs jew ikollhom uġigħ fil-parti tagħhom jew lower-back, fid-dahar.”

Mis-sena d-dieħla, se jiżdiedu s-servizzi offruti mill-Isptar tal-Onkoloġija fosthom b’infermiera speċjalizzati fil-kanċer tat-testikoli.

”Bħalma għandna diġà fil-kanċer tal-pulmun, tal-musrana l-kbira, prostata u gynae cancer, se jkollna nurse speċjalizzata li tieħu ħsieb dawk il-pazjenti li jaqbadhom il-kanċer tat-testikoli biex dawn ikunu ggiwdati tul il-kura tal-kanċer tagħhom.”

Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni Marigold, Michelle Muscat, tkellmet dwar l-importanza li titqajjem kuxjenza dwar it-tipi ta’ kanċer li jolqtu l-irġiel . . . bl-istess mod kif isir għall-kanċer li jolqtu lin-nisa. Appellat lin-nies biex ma jibżgħux jiċċekkjaw lilhom infushom.

”Barra li tieħu pjaċir u tapprezza l-ħajja, u tkun qed tagħti tama lil ħaddieħor li jista’ jfiq u jgħix ħajja normali wkoll.”

Novembru hu x-xahar iddedikat għal għarfien dwar kanċer li jolqtu lill-irġiel. Matulu, se jittella’ kunċert bl-isem ta’ Movember Rock Ball u l-flus li jinġabru se jmorru fost oħrajn għall-għaqdiet li jgħinu persuni morda bil-kanċer.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi kompla d-diskussjoni fuq l-estimi finanzjarji tal-Awtorità tat-Turiżmu, bl-eżami dettaljat tal-kuntratt bejn il-kumpanija Vistajet u l-kumpanija Malta Marketing Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi Il-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi li…

Ekonomija u Finanzi

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna rreaġixxa għall-pakkett ta’ rkupru mħabbar mill-Kummissjoni Ewropea u stqarr li l-periklu għal Malta huwa li tkun qed iddur għal taxxi fuq il-kumpaniji, taxxi li qal ikunu…

Lokali

Il-kumpanija Farsons ħabbret li fis-sena finanzjarja tagħha li ntemmet f’Jannar għamlet qligħ qabel it-taxxa ta’ 12-il miljun u tlett mitt elf ewro kważi żewġ miljuni anqas mis-sena ta’ qabel. Il-kumpanija…

Aktar