Lokali
Tagħlaq il-fabbrika Astracast – ħidma biex il-ħaddiema jsibu impjieg ieħor

Wara kważi ħamsin sena f’Malta, l-Astracast, fabbrika Ingliża li timmanifattura s-sinkijiet għalqet ħabta u sabta l-bibien tagħha possibilment minħabba diffikultajiet finanzjarji u ħalliet lil 35 ħaddiem tagħha lampa stampa. Il-General Workers’ Union qalet li wħud mil-35 ħaddiem għadhom ma tħallsux is-salarji u l-benefiċċji ta’ Diċembru. Sadanittant għaddejja ħidma biex il-ħaddiema jingħataw impjieg alternattiv.

35 ħaddiem tal-kumpanija Astracast, f’Bulebel bdew iħabbtu bibien oħra tax-xogħol wara li uffiċjalment il-kumpanija li kienet tipproduċi s-sinkijiet infurmat uffiċjalment lill-General Workers Union li għalqet.

Il-kanċell tal-fabbrika għadu msakkar b’katnazzi u għal tliet ijiem sħaħ, il-ħaddiema kienu barra l-kanċell b’direttiva tal-union biex jiżguraw li mal-fabbrika ma joħroġ xejn minħabba li għad għandhom jieħdu l-pagi dovuti lilhom.

Is-Segretarju tat-Taqsima Metall u Kostruzzjoni tal-GWU Jesmond Marshall, qal li mill-bidu tas-sena, il-kumpanija ma ħallietx il-ħaddiema jidħlu fil-fabbrika għax ma ġedditx il-polza tal-assigurazzjoni li tkopri inċidenti li jistgħu jseħħu fuq il-post tax-xogħol. Huwa qal li l-union bdiet proċeduri biex il-ħaddiema jitħallsu l-pagi u l-benefiċċji dovuti. Il-Ministeru tal-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar qal li għaddej f’taħdidiet mal-Malta Enterprise, il-Union u l-JobsPlus biex jingħata appoġġ lill-ħaddiema u jinstabilhom impjieg alternattiv. Intqal li l-Kunsill Nazzjonali għall-Ħiliet ser joffri taħriġ lill-ħaddiema biex ikollhom il-ħiliet neċessarji għall-impjiegi fis-suq tax-xogħol.

Television Malta huwa infurmat li wħud mill-ħaddiema ġew avviċinati għal impjieg alternattiv minn kumpaniji oħra.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

W’Oz hija l-produzzjoni teatrali annwali tal-Junior College mżewqa b’kant, reċtar u żfin, għal tmiem din il-ġimgħa fit-teatru tal-kulleġġ fl-Imsida. Is-soirée W’Oz! huwa bbażat fuq il-ktieb li jirrakkonta l-istorja ta’ Dorothy…

Kronaka

Sid ta’ dar flimkien mal-annimali domestiċi tiegħu nħarġu mid-dar wara li żviluppa nar fil-garaxx tar-residenza fi Triq il-Ħida San Ġwann. Jirriżulta li n-nar beda għall-ħabta tal-9.45pm tal-bieraħ filgħaxija u oriġina…

Kronaka

Żvediż ta’ 22 sena residenti Tas-Sliema ġarrab ġrieħi serji wara li waqa’ għoli ta’ tliet sulari. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.30am fi Triq Depiro Tas-Sliema stess. Mill-ewwel stħarriġ tal-pulizija irriżulta li…

Lokali

Tħabbret il-mewt tal-Prim Imħallef Emeritu Giuseppe Mifsud Bonnici, magħruf bħala Ġoġo. Hu miet fl-età ta’ 89 sena. Il-Prim Imħallef Emeritu Mifsud Bonnici kien twieled Bormla. Fl-1988 nħatar imħallef u fl-1990…

Aktar