Lokali
Tagħlim online fl-ITS – Pjani għall-industrija wara li tgħaddi l-COVID-19

Kważi l-istudenti kollha tal-istitut għall-istudji turistiċi qed isegwu sessjonijiet ta’ tagħlim online hekk kif l-istitut kellu jaddatta għat-tagħlim virtwali minħabba l-imxija tal-Covid-19. F’konferenza tal-aħbarijiet online, il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli stqarret li it-turiżmu qed jiffaċċja l-iżjed sfida diffiċli fl-istorja ta’ Malta, iżda appellat għall-kurraġġ biex is-settur jerġa jirpilja.

Id-daqqa lis-settur turistiku waslet meta Malta kienet f’waħda mill-iżjed fażijiet produttivi fit-turiżmu, tant li fl-ewwel xahrejn tas-sena Malta diga kellha żieda ta’ 16 fil-mija fl-għadd ta’ turisti li żaru Malta. Il-waqfa f’salt ħolqot xokk fl-industrija iżda dan mhux iħarbat l-istudenti li qed jitħarġu fl-istitut tal-istudji turistiċi għal karrieri fl-industrija li terġa taqbad ir-ritmu li tgħaddi l-pandemija.

Il-kap eżekuttiv tal-ITS, Pierre Fenech qal li wara li tħassru l-eżamijiet teoretiċi ta’ Ġunju bl-istudenti ikunu mgħarrfa f’qasir żmien kif se jkunu eżaminati. Spjega li l-eżamijiet prattici ser isiru f’Settembru.

Is-Sur Fenech qal li l-istudenti li kienu qed jagħmlu esperjenza prattika barra minn Malta inġiebu lura. Huwa faħħar il-koperazzjoni tal-istudenti u qal li 80 fil-mija tagħhom faħħru t-transizzjoni li saret lejn korsijiet online.

Il-Ministru tat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli qalet li qed jitħejjew pjani għall-industrija ta’ wara l-Covid 19.

“Nemmen li din hija sfida għalina bħala pajjiż li m għadniex tkun sfida li tbeżżgħana , għandna noħduha bħala opportunità għaliex issa huwa l-mument li nfasslu l-politika li nixtiequ mit-turiżmu ta’ għada,” qalet il-Ministru Farrugia Portelli.

Qalet li se ssir enfasi fuq it-turiżmu intern biex terġa tingħata spinta lin-negozji, lukandi u stabbiliment filwaqt li qed jitħejjew pjani biex jattiraw turiżmu ta’ kwalita’ lejn il-gżejjer Maltin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Partit Nazzjonalista ippreżenta tmien proposti bħala parti minn patt soċjali li jindirizzaw il-konsegwenzi tal-Covid-19 fuq il-familji. Il-viċi Kap tal-partit għall-affarijiet tal-parlament, David Aguis ippropona għajnuniet għall-persuni vulnerabbli biex ikollhom impjiegi…

COVID-19

Iż-żamma tad-distanza soċjali, l-iġjene u l-ilbies tal-maskri huma l-miżuri ewlenin ta’ prekawzjoni mħabbra mill-awtoritajiet tas-saħħa li jridu jkomplu jiġu segwiti anke meta nhar il-Ġimgħa jispiċċaw bosta restrizzjonijiet. Il-Ministeru tas-Saħħa qal…

Infrastruttura

Infrastructure Malta rċeviet sitt offerti għall-ewwel fażi tal-proġett biex twassal sal-mollijiet fil-Port il-Kbir biżżejjed provista tal-elettriku biex cruise-liners u vapuri oħra jkunu jistgħu jitfu l-magni meta jkunu sorguti mal-mollijiet. L-attivita’…

Aktar