Kurżitajiet
Tagħmel apoloġija pubblika wara li telqet 25 sekonda qabel

Fil-Ġappun – kumpanija tal-ferroviji apoloġizzat wara li ferrovija telqet mill-istazzjon 25 sekonda qabel il-waqt – it-tieni każ f’temp ta’ ftit xhur.

L-operatur qal li l-inkonvenjent li nħoloq għall-pubbliku huwa wieħed li mhux skużabbli.

Skont Japan Today, ix-xufier tal-ferrovija kien mingħalih li l-ferrovija kienet skedata biex titlaq mill-istazzjoni ta’ Notogawa fis-07:11 flok mill-ħin propju tas-07:12.

Wara li għalaq il-bibien tal-ferrovija, ix-xufier intebaħ bl-iżball li għamel u kien għadu fiċ-ċans li jirrisolvih.

Iżda, billi ma ra l-ebda passiġġier jistenna fl-istazzjoni, huwa ddeċieda li jaqbad u jitlaq qabel il-waqt – 25 sekonda qabel il-ħin skedat.

 

Aħbarijiet Oħra
Kurżitajiet

Il-Bażilika tas-Sagrada Familia f’Barċellona, il-kapolavur tal-arkitett Antoni Gaudí ilha 136 sena tinbena. Il-Bażilika, li hija rikonoxxuta mill-UNESCO bħala sit ta’ wirt kulturali dinji qatt ma nħarġilha permess għax-xogħlijiet, liema proġett…

Familja Rjali

Id-Dukessa ta’ Sussex Meghan Markle żvelat x’kellha mistur fil-libsa tat-tieġ. Minkejja li għajnejn bosta kienu fuq il-libsa li kienet liebsa meta żżewġet lill-Prinċep Harry, ħadd ma nduna li fil-libsa kellha…

Kurżitajiet

Terry Laurmen, penzjonant ta’ 75 sena, iddeċieda jiddedika l-biċċa l-kbira ta’ ħinu lill-qtates tas-santwarju Wisconsin Safe Haven Pet Sanctuary f’Green Bay. Laurmen qal li dan is-santwarju jilqgħek għaliex il-qtates mhumiex imsakkrin…

Barranin

Żagħżugħa ta’ 19-il sena mietet tliet ijiem biss wara li żżewġet lir-raġel li kienet tħobb minn meta kienet għadha tifla. Nina Marino ta’ 19-il sena kellha marda terminali. F’Mejju, 2017…

Aktar