Barranin
Tagħmel sieq prostetika minn handbag ta’ Louis Vuitton

Mara li tilfet parti minn sieqha wara li ntlaqtet b’taxi fi New York, għamlet sieq prostetika minn basket ta’ Louis Vuitton.

Sian Green-Lord, Brittanika minn Leicester, kienet miexja ma’ ħabibta fi New York, meta taxi telgħet fuq il-bankina u laqtitha. Il-każ seħħ lura fl-2013.

Green-Lord, li kienet timmudella, issa tista’ anke tilbes takkuna grazzi għas-sieq prostetika.