Droga
Tagħmir biex jidentifikaw il-kimika fid-drogi sintetiċi

Skont ix-xjentist forensiku Godwin Sammut qed jiżdiedu l-każi ta’ drogi sintetiċi li qed jiġu eżaminati fil-laboratorju forensiku tal-analiżi tad-droga, li hu parti mid-Dipartiment tal-Kimika fl-Università ta’ Malta, fejn isiru medja ta’ għaxar każi ta’ analiżi ta’ forom differenti ta’ droga kull ġimgħa.

F’intervista ma’ TVM, Godwin Sammut qal li wħud mid-drogi sintetiċi li jiġu l-aktar miċ-Ċina bil-posta huma magħrufa bħala synthetic cannabinoids li jintużaw minflok il-ħaxixa tal-kannabis. Spjega li dawn jixbħu ħafna lill-ħaxixa tal-kannabis.

Godwin Sammut qal “aħna nindunaw bid-differenza wara li ngħadduha mill-apparat u jagħtina r-riżultati għax lanqas aħna ma ngħarfuh f’ċertu ċirkostanzi.”

Huwa wissa’ li d-drogi sintetiċi huma perikolużi ħafna u jistgħu ikunu fatali fi ftit tal-ħin malli wieħed jeħodhom.

Godwin Sammut qal “li jagħmlu l-problema hi li jisprejawha bil-kimika, li hija synthetic cannabinoid. Jiġifieri dan il-ħaxix iqegħduh ġo mixer tas-cement u waqt li qed idur il-mixer jisprejjaw il-ħaxix b’din is-synthetic cannabinoid li hija kimika perikoluża. Veru li huwa ħaxix iżda huwa ħaxix sprejjat. Jista’ jkollhom biċċa tal-ħaxix li ntlaqat ħafna bl-ispray u tkun aktar qawwija dik il-biċċa u allura tkun aktar perikoluża.”

Drogi sintetiċi oħra huma sostituti għal droga oħra fosthom il-kokaina u l-ectasy. Id-drogi sintetiċi magħrufa bħala synthetic cathinones huma f’forma ta’ trab jew kristalli bojod, bħal flakka u l-‘bath salts’.

Qal li dawn id-drogi sintetiċi waqt li huma irħas mid-drogi tradizzjonali huma ħafna aktar perikolużi minħabba l-ammont mhux magħruf eżatt ta’ sustanza kimika li jkun fihom.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern ma jistax jindaħal biex iwaqqaf kawżi ċivili li jkunu nfetħu minn ċittadini privati jew minn terzi kontra ġurnalisti li jkunu ġew nieqsa u…

Ambjent

Il-Ministru tal-Ambjent, Jose Herrera, ħabbar ristrutturar fl-aġenzija Ambjent Malta. Dr Herrera qal li din se tersaq aktar lejn iċ-ċentru tal-politika tal-pajjiż, iżda ma kkonfermax li se tinbidel f’awtorità. Żied jgħid…

Kronaka

Ħaddiem weġġa’ serjament f’San Ġwann meta waqa’ fuqu numru ta’ ħadid. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14:30 ġo fabbrika li tinsab fiż-Żona Industrijali ta’ San Ġwann. Ir-raġel huwa Libjan ta’ 26 sena, residenti…

Immigrazzjoni

Grupp ta’ 56 immigrant iddaħħlu f’Malta llum waranofsinhar abbord patrol boat tal-Forzi Armati. L-immigranti, li ġew salvati mill-Mediterran, iddaħħlu f’Xatt it-Tiben u ngħataw f’idejn il-Pulizija mit-taqsima tal-immigrazzjoni. TVM infurmat li…

Aktar