Lokali
Tagħtih risposta wara li tonqos 50kg

Priscilla Dimech sfat vittma ta’ online bullying meta skopriet li persuna li ma tafhiex minn Adam tefa’ ritratti tagħha fuq il-midja soċjali filwaqt li għajjarha bil-piż żejjed fost kliem dispreġjattiv ieħor.

Priscilla qasmet din l-esperjenza tagħha fuq il-midja soċjali għaliex riedet tagħmel kuraġġ lil ħaddieħor li forsi qed jgħaddi minn esperjenza simili.

Hija qalet li kliem dan ir-raġel laqatha fil-laħam il-ħaj u ddeċidiet li tbiddel ħajjitha. Hija qalet li b’dedikazzjoni kbira rnexxielha tonqos 50kg bi programm ta’ eżerċizzju u ikel aktar san.

Priscilla llum il-ġurnata tirringrazzja lill-‘bully’ li tant kien weġġagħha għaliex bis-saħħa tiegħu għamlet il-kuraġġ biex teqleb għal ħajja aħjar.

Hija stqarret li l-vjaġġ tagħha tul dawn l-aħħar 8 xhur ma kienx wieħed faċli iżda bid-determinazzjoni li kellha hija rnexxielha tasal fejn tasal u se tkompli taħdem biex tilħaq l-għan tagħha.

Hija qalet li kliem kattiv jaf ikisser lil min hu dgħajjef u għalhekk appellat biex qabel wieħed jitkellem jieqaf ftit u jaħseb.

Aħbarijiet Oħra
Storja

Magna ta’ ajruplan tal-gwerra, li possibilment iġġarraf fit-Tieni Gwerra Dinija, kienet irkurprata minn qiegħ il-baħar fil-bokka tal-Port il-Kbir wara ħidma konġunta bejn l-Università ta’ Malta, Heritage Malta u l-Forzi Armati….

Teknoloġija

Wara l-ajruplani, issa anke l-vetturi bdew jiġu jiġu mgħammra b’kaxxa sewda, li normalment tkun f’nofs il-vettura. Għalkemm s’issa din mhijiex obbligatorja, aktar manifatturi tal-karozzi qed jinkluduha. Fost aktar miżuri biex…

Infrastruttura

Waħda mill-kawżi ewlenin ta’ ħruġ ta’ drenaġġ fit-triq u fil-baħar ġejja minn katusi tal-ilma tax-xita li qed jitqabbdu direttament mas-sistema tad-drenaġġ. Jirriżulta li ħafna ma jafux li dan hu l-każ…

NGOs

Seba’ għaqdiet mhux governattivi Maltin se jwettqu tmien proġetti fl-Afrika bl-għajnuna ta’ madwar nofs miljun ewro mill-programm tal-għajnuna għall-iżvilupp tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin. Il-proġetti jvarjaw minn skola ġdida għall-bniet f’żona rurali…

Aktar