NGOs
Tagħtix flus lil dawn in-nies jekk jiġu jħabbtulek

Il-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbiltà qed tirċievi rapporti dwar persuni li qed iħabbtu l-bibien u jgħidu li qed jiġbru l-flus għal tfal b’diżabbiltà.

Il-Kummissarju Oliver Scicluna qal lil TVM li l-kummissjoni kienet infurmata li bejn ilbieraħ u llum għadd ta’ persuni, x’aktarx barranin, qed iħabbtu bieb bieb fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar, Buġibba u l-Qawra.

Huma qed jippreżentaw karta (ritratt) u jiddikjaraw li huma mill-Assoċjazzjoni Nazzjonali għat-Tfal b’Diżabbiltà, u li qed jiġbru d-donazzjonijiet.

Il-Kummissarju Scicluna ċċara li din l-assoċjazzjoni ma teżistix, u spjega li meta l-NGOs jiġbru l-flus, dawn ma jmorrux bieb bieb, iżda jniedu inizjattiva pubblika. Appella biex min ikun jixtieq jgħin lil xi NGO jagħmel donazzjonijiet diretti.

Aħbarijiet Oħra
Droga

Uffiċjali tad-Dwana rnexxielhom isibu kwantita’ kbira ta’ droga kokaina. Is-sejba saret dalgħodu f’4 kontejners waqt ħidma li saret mid-Dwana fil-Port Ħieles. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li wara li ġew skenjati…

Saħħa

Huma fost l-aktar annimali li l-bniedem jistkerraħ u possibilment bl-akbar appoġġ li jigu vvalenati. Dawn huma l-ġrieden u l-firien li hu pruvat li jistgħu jkunu ta’ theddida għas-saħħa pubbliku għax…

Internet

Bosta mis-siti elettroniċi tal-Gvern għad m’għandhomx verżjoni bil-Malti jew m’għandhomx l-informazzjoni kollha bil-Malti wkoll. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti qajjem dan il-punt mal-awtoritajiet iżda s-sitwazzjonijiet ma nbidlitx. Għalkemm l-ilsien Malti hu…

Infrastruttura

Sittin fil-mija tal-ilma li jasal fid-djar tal-Maltin ġej mill-impjanti ta’ desalinizzazzjoni. F’intervista ma’ TVM, il-Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, Richard Bilocca spjega li l-pjan tal-korporazzjoni hu li dan jiżdied biex…

Aktar