Teknoloġija
Tagħtix il-‘password’ tal-‘Wi-Fi’ kif ġieb u laħaq

Kemm il-darba mort s’għand xi ħadd, lanqas tilħaq tirfes l-għatba tal-bieb ta’ barra, u tistaqsih għall-password tal-Wi-Fi? U, lil dak li jkun, forsi bla ma trid, iġġibu dahru mal-ħajt għax aktarx li ma jerġax jarak b’għajnejh jekk ma jagħtihilekx.

Iżda, meta nagħtu l-password tal-Wi-Fi lil xi ħadd, nafu sewwasew jekk hemmx xi tip ta’ periklu?

Il-password tal-Wi-Fi, jekk jitolbuhielek, iva, tista’ tagħtiha bla problemi ta’ xejn. Madanakollu, il-MITA qed twissi li tajjeb li nżommu f’moħħna li llum il-ġurnata bosta mid-djar huma mgħammra b’Wi-Fi networks li magħhom ikunu mqabbda numru ta’ affarijiet, bħal ngħidu aħna sistemi tas-sigurtà.

Għaldaqstant, ikun aktar għaqli jekk tagħti lill-mistednin tiegħek aċċess għall-internet biss. U, dan tista’ tagħmlu billi toħloq guest Wi-Fi.

Barra minn hekk, il-MITA qed tħeġġek biex il-password tal-Wi-Fi tibdilha ta’ spiss. Aħjar uff milli aħħ.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Sal-lum ma kienx faċli li wieħed jikseb informazzjoni dwar l-antenati tiegħu li jmorru lura qabel l-1863 meta bdew jiġu rreġistrati kull twelid, żwieġ u mewt f’Malta u Għawdex. Ħafna minn…

Kultura

Bħal għada filgħaxija, lejlet il-festa tas-Salvatur f’Ħal Lija, id-dilettanti tan-nar kienu joħonqu ż-żoni ċentrali ta’ Malta biex isegwu l-ispettaklu ferm mistenni tal-logħob tan-nar. Din is-sena, minflok fl-għelieqi jħejju għal dan…

Agrikultura

Fis-suq sar hawn għażla liema bħalha. Spiss, tista’ saħansitra tinqeda mill-kumdità ta’ darek u tiffranka lira. Anki jekk, ħafna drabi ta’ li tħallas tieħu. Liema prinċipju jgħodd ukoll għall-agrikoltura. Settur,…

Kurżitajiet

Spiss, dak li jkun ikollu ruxmata ħsibijiet fuq moħħu. Il-ħajja donnha saret mgħaġġla wisq. Kultant, taljena rasek daqs tazz’ilma. Fost l-oħrajn, mhux l-ewwel darba li dak li jkun ikollu seba’…

Aktar