Qorti
Taha daqqa ta’ ħarta fl-għassa wara li bagħtitlu ritratt fis-sodda ma’ raġel ieħor

Raġel ta’ 42 sena miż-Żejtun wieġeb mhux ħati li l-Ġimgħa darab ħafif lill-ex sieħba tiegħu meta allegatament xejrilha daqqa ta’ ħarta waqt argument fl-Għassa ta’ Birżebbuġa.

Mario Ellul, li hu bennej, ġie akkużat ukoll li ffastidja u kkawża biża’ lill-ex sieħba tiegħu.

L-Avukat Veronique Dalli qalet li l-mara kienet theddu u tgħidlu li jekk itemm ir-relazzjoni magħha, toqtol lilu u lil ibnu ta’ 10 snin. Dr Dalli qalet li qabel seħħ l-argument, il-mara bagħtet ritratt tagħha fis-sodda ma’ raġel ieħor lill-imputat.

L-Ispettur Roderick Attard qal li l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, u m’eskludiex li jittieħdu passi kontra l-mara.

Il-Maġistrat Joe Mifsud laqa’ t-talba għall-ħelsien mill-arrest b’depożitu ta’ €500 u garanzija personali ta’ €5,000.

Il-Qorti ħarġet ordni ta’ protezzjoni lill-mara u lis-sieħeb tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar