Immigrazzjoni
Taħdidiet man-Norveġja li se tieħu wħud mill-immigranti li daħlu fuq l-MV Lifeline

It-tieni grupp ta’ immigranti tal-vapur MV Lifeline li waslu Malta lejn l-aħħar ta’ Ġunju telqu minn Malta lejn il-Lussemburgu li kien wieħed mit-tmien pajjiżi li aċċetta t-talba tal-Gvern Malti li jieħ numru ta’ immigranti. Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal lil TVM li għaddejjin l-aħħar taħdidiet man-Norveġja li wkoll aċċettat li tieħu wħud mill-immigranti tal-Lifeline li huma intitolati għall-protezzjoni.

Grupp ta’ 15-il immigrant li kienu abbord il-vapur MV Lifeline qegħdin Lussemburgu – wieħed t-tmien pajjizi li ma’ Malta aċċetta li jagħti kenn lil uħud mil-immigranti li jinstab għandhom dritt għal protezzjoni umanitarja.

L-immigranti li bdew paġna ġdida f’ħajjithom fil-qalba tal-Ewropa sewwasew fil-Lussemburgu huma lkoll mis-Sudan u l-età medja tagħhom hija ta’ 21 sena. Huma kienu fost il-235 immigrant abbord il-vapur MV LifeLine li tħalla jidħol Malta fis-27 ta’ Ġunju.

Fi tweet ftit wara t-tluq taghhom , il-Prim Ministru Joseph Muscat irringrazzja lill-Prim Ministru tal-Lussemburgu Xavier Bettel tal-koperazzjoni tiegħu f’dan il-każ.

Malta, Franza, l-Irlanda, l-Italja, il-Portugall, il-Lussemburgu, l-Olanda u l-Belġju u magħhom in-Norvegja kienu qablu bejniethom li jieħdu l-235 immigranti li kienu nqabdu f’nofs tilwima diplomatika bejn Malta u l-Italja. Aktar kmieni dax-xahar l-ewwel grupp ta 51 immigranti telqu lejn Franza.

Mistoqsi minn TVM dwar fejn wasal il-proċess ta’ rilokazzjoni tal-immigranti fis-sitt pajjiżi l-oħra, il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal li l-proċess għadu għaddej mil-uffiċjali tal-pajjiżi rispettivi.

“In-Norveġja se ġġib analisti oħrajn ma’ dawk li ntbagħtu qabel tagħmel l-aħħar commitment tagħha” qal il-Ministru Farrugia.

Parti mix-xogħol tagħhom huwa biex jaraw is-sigurtà tal-persuni li kienu qed jagħżlu qabel jeħduhom f’pajjiżhom; jagħmlu analiżi jekk hux ser jingħataw ażil; imbagħad huma jagħtuna l-ismijiet tal-persuni li se jkunu qed jieħdu f’pajjiżhom.

Il-Ministru Farrugia qal li s’issa mhux f’pożizzjoni jgħid eżatt l-għadd ta’ immigranti minn tal-Lifeline li ser jibqgħu f’Malta. Ma eskludiex li wħud minnhom jistgħu ma jikkwalifikawx għall-protezzjoni umanitarja u jintbagħtu lura lejn pajjiżhom.

Aħbarijiet Oħra
NGOs

Il-membri tal-forzi tal-ordni u l-emerġenza għandhom xogħol iebes u perikoluż, iżda fi tmiem il-jum, bħal kulħadd, ikunu jixtiequ jmorru lura d-dar qawwijin u sħaħ biex igawdu l-ħajja mal-familji tagħhom. Dan…

Temp

Qed ikun imbassar li se tagħmel maltempata bir-ragħad fuq il-gżejjer Maltin iktar tard illum, bl-iktar ħin probabbli li se tgħaddi minn fuq Malta u Għawdex huwa bejn is-2pm u nofsillejl….

Ġurnali

In-Nazzjon Fl-ewwel paġna ta’ In-Nazzjon insibu ritratt tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia mal-Kap tal-Partit Popolari Ewropew Manfred Webber fi Brussel fejn Dr Delia attenda għas-summit tal-PPE. Fl-ewwel paġna wkoll insibu…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Joseph Muscat fil-jiem li ġejjin, fi Brussell, se jkun qiegħed jiddiskuti flimkien mal-mexxejja tal-Istati Membri l-futur tal-Ewropa fid-dawl ta’ Brexit u l-fenomenu tal-immigrazzjoni u l-isfidi li jġib miegħu….

Aktar