Lokali
Taħditiet biex jerġa’ jiġi introdott is-servizz tal-ħelikopter bejn Malta u Għawdex

Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li għaddejjin taħditiet mal-Ministeru għat-Turiżmu biex jerġa’ jiġi introdott is-servizz tal-ħelikopter bejn Malta u Għawdex.

Fil-ħdax-il edizzjoni tal-Gozo Tourism Awards, il-Ministru tkellmet dwar il-ħtieġa ta’ konnettività bejn iż-żewġ gżejjer. Qalet li fid-dawl li s-sena li għaddiet il-Gozo Channel ġarret aktar minn ħames mijun passiġier u nofs u aktar minn miljun u sitt mitt elf vettura jeħtieġ li l-konnettività bejn il-gżejjer tissaħaħ b’mezzi oħrajn ta’ trasport.

Dr Caruana żiedet li jeħtieġ li jkun hemm titjib fil-prodott turistiku mhux biss b’titjib infrastrutturali imma b’inizjattivi u b’għajnuna diretta u indiretta lill-operaturi u b’aċċessibbiltà aħjar bejn il-gżejjer anke fil-kuntest tal-proġett tal-mina li se jibda jinbeda f’din il-leġiżlatura.

Sitt persuni li jaħdmu b’mod dirett fl-industrija tat-turiżmu f’Għawdex ġew ippremjati għall-ħidma u l-kontribut tagħhom favur is-settur turistiku Għawdxi. Fost oħrajn Mario Schembri rebaħ l-unur bħala l-ħaddiem tas-sena fl-industrija turistika Għawdxija. Warren Vella ġie onorat bħala ħaddiem żgħażugħ tas-sena. Ferdinand Portelli rebaħ il-premju tal-intrapriża turistika. Ġew onorati wkoll Silvio Rapa u l-istudent tal-ITS Francesco Cauchi.

Aħbarijiet Oħra
Stejjer Umani

F’aktar minn ħamsin sena, l-Għaqda Alkoħoliċi Anonimi għenet mijiet ta’ persuni bi problema ta’ xorb żejjed, u ħafna drabi anke lill-qraba tagħhom permezz tal-AL-ANON. TVM tkellem ma’ raġel li 27…

Infrastruttura

Għaddejin l-aħħar tħejjijiet għat-tlestija ta’ Triq Ħal Luqa, li hija l-arterja ewlenija bejn Santa Luċija u Ħal Luqa. Bejn it-Tlieta filgħodu u l-Erbgħa waranofsinhar, it-triq se tingħalaq f’direzzjoni waħda sakemm…

Trasport

Matul l-aħħar snin, Transport Malta flimkien mal-Ministeru tat-Trasport nedew diversi skemi fuq ix-xiri ta’ mezzi tat-trasport biex jonqos it-tniġġis tal-arja. Tnejn mill-iskemi li qed jagħtu riżultati huma għax-xiri tal-karozzi elettriċi…

Annimali

Uffiċjali u membri tal-FKNK żaru l-Iskola Primarja ta’ Ħ’Attard fejn indirizzaw it-tfal li bħalissa qed jattendu Skola Sajf. Il-membri kellhom magħhom Kelb tal-Kaċċa ta’ Malta u Kelb tal-Fenek, bit-tfal li…

Aktar