Lokali
Taħditiet f’Moska dwar kwistjonijiet pendenti bejn Malta u r-Russja

Il-bieraħ fl-istess jum li ġie rrappurtat li Malta rrifjutat talba tar-Russja biex tuża l-ispazju tal-ajru Malti għal vjaġġi ta’ ajruplani militari għal Veneżwela, f’Moska saret laqgħa bejn Dr Alex Sceberras Trigona u Alexander Grushko, deputat Ministru tal-Affarijiet Barranin Russu.

Skont stqarrija tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-Russja, il-laqgħa mal-mibgħut tal-Prim Ministru Malti ffukat fuq kwistjonijiet bilaterali bejn iż-żewġ pajjiżi u kif dawn jistgħu jiġu solvuti. Intqal li tul il-laqgħa ddiskutew ir-relazzjonijiet bejn ir-Russja mal-Unjoni Ewropea, l-OSCE u l-Kunsill tal-Ewropa.

Il-bieraħ l-aħbar li Malta rrifjutat it-talba tar-Russja ġiet irrappurtata minn Buzzfeed News u kkonfermata minn TVM.

Ara wkoll:

Ajruplani militari Russi ma jitħallewx itiru mill-ispazju tal-ajru Malti – rapporti

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-għada li l-Awtorità tal-Ippjanar wettqet azzjoni ta’ infurzar fuq fl-istallel fil-Marsa fejn kienu qed joqogħdu għexieren ta’ immigranti, is-sidien tagħhom jidher li żbarazzaw l-istallel. Sadanittant, TVM huwa infurmat li 37…

Lokali

Il-Mużew tal-Katidral fl-Imdina ngħata dimensjoni ġdida għax mhux ser jibqa’ biss post fejn ikunu esebiti artifatti prezzjużi iżda ser joffri opportunità ta’ tagħlim u post fejn artisti privati jesebixxu l-arti…

Ikel

Fl-Awstralja, l-ekoloġisti qed iwissu li n-numru ta’ kangaroos fis-selvaġġ m’għadux sostenibbli u qed iħeġġu lill-Awstraljani biex jieklu aktar laħam ta’ dan l-annimal li hu simbolu nazzjonali ta’ dan il-pajjiż imbiegħed….

Kultura

Għaddej b’ritmu mgħaġġel ix-xogħol ta’ restawr fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt fejn qed isir restawr fuq is-soqfa tal-kurituri u li huma mogħnija bil-pitturi. Ix-xogħlijiet ta’ restawr ser jiffukaw ukoll fuq l-art…

Aktar