Lokali
Taħriġ għal min jaħdem f’NGO’s fil-qasam tas-saħħa

L-għaqdiet mhux governattivi – l-NGO’s huma parti minn xibka ta’ servizzi li jgħinu lis-soċjetà fil-bżonnijiet tagħha. Imwaqqfa 12-il sena ilu, il-Malta Health Network tiġbor fiha 40 NGO li jagħtu s-servizz tagħhom fil-qasam tas-saħħa. Iċ-Chairperson tal-Malta Health Network, Gertrude Buttigieg tgħid li għandu jkun hemm vuċi waħda fl-NGO’s biex il-vuċi tagħhom tasal għall-benefiċċju taċ-ċittadin.

“L-iskop tas-soċjetà ċivili mhux biss biex tagħmel ħoss, imma biex nagħmlu l-bidliet li jagħmlu s-sens, li jkunu bbażati fuq ir-riċerka, li jkunu bbażati fuq il-bżonn u naħdmu b’mod strateġiku u mhux sempliċiment għax jien qomt filgħodu, għandi aptit ngħid xi ħaġa u ngħidha”.

Sensiela ta’ erba’ seminars bdew illum fil-Palazz ta’ San Anton u l-ewwel sessjoni kienet preseduta mill-President George Vella. Gertrude Buttigieg qalet li dawn is-seminars se jagħtu l-għodda lir-rappreżentanti kollha tal-NGO’s biex il-ħidma tagħhom tkun iktar effettiva anke fid-dawl tal-istrateġija tas-Saħħa li qed titfassal.

“Importanti ħafna li nikkontribwixxu biex il-pjan għall-għaxar snin, għoxrin sena li ġejjin ikun imsejjes verament fuq dak li għandu bżonn il-pajjiż.”

Huwa stmat li l-40 NGO fi ħdan il-Malta Health Network, imissu ma’ 25,000 familja f’Malta u Għawdex.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Infrastructure Malta appik li tibda operazzjoni delikata, biex taqla’ sħiħ mill-blat qabar tal-perjodu Puniku-Ruman, u tpoġġih fil-ġenb ta’ triq ġdida li qed tibni f’Ħ’Attard. B’hekk din is-sejba ta’ valur arkeoloġiku,…

Immigrazzjoni

TVM jinsab infurmat li matul il-lejl li għadda, grupp ta’ madwar 90 immigrant li ġew salvati fil-Mediterran fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ ta’ Malta ttieħdu fuq vapur tal-Captain Morgan li…

COVID-19

Il-pandemija u r-reħi tar-restrizzjonijiet ġabu magħhom l-użu tal-maskra. Filwaqt li ħafna qed jużawha kif obbligati jagħmlu f’ħafna postijiet pubbliċi, osservajna li bosta qed jilbsu biex taparsi libsuha. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Promozzjoni…

Aktar