Lokali
Taħriġ għat-tobba tal-familja u professjonisti oħra dwar is-servizzi għall-anzjani u kura fil-komunità

Tobba tal-familja u professjonisti fil-qasam tas-saħħa se jingħataw taħriġ dwar is-servizzi relatati mal-kura fil-komunità, speċjalment l-anzjani.

Tnieda programm ta’ taħriġ online għat-tobba tal-familja u professjonisti oħra tal-kura tas-saħħa dwar is-servizzi relatati mal-kura fil-komunità, speċjalment li jitrattaw lill-anzjani.

Il-programm organizzat mill-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva qed isir b’kollaborazzjoni mal-programmi online tal-Edukazzjoni Medika Kontinwa (CME30) li huwa intenzjonat li jinforma lill-professjonisti tas-saħħa dwar l-firxa ta’ għoxrin servizz mediku li jipprovdu kura ħolistika lill-pazjenti tagħhom.

Il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li l-professjonisti f’dan il-qasam se jingħataw l-opportunità li jassistu għal dan il-programm ta’ taħriġ ta’ madwar ħames sigħat mill-kumdità ta’ djarhom biex ikunu jistgħu jaġġornaw ruħhom dwar l-aqwa trattamenti li huma disponnibbli għall-pazjenti, speċjalment anzjani.

“Il-professjonisti se jkollhom l-opportunità permezz ta’ webinar li niltaqgħu magħhom biex ikompli jagħmlu l-mistoqsijiet kollha li fl-aħħar mill-aħħar jekk il-pazjent jasal għandhom beix jagħmel mistoqsijiet jew iit-tabib tal-pazjent irid jagħtih ċertu servizz, li t-tabib ikun konxju tas-servizzi li nagħtu u jkun jista’ japplikalu għalihom.”

Il-Kap Eżekuttiv tal-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità, Renzo De Gabriele, spjega li fost is-servizzi offruti li se tingħata spjega dwarhom matul dan it-taħriġ, fosthom il-Commcare, is-Servizzi fid-Djar tal-Allied Health, tar-Respite, id-Dimensja, u tal-carer fid-djar.