Lokali
Taħriġ speċjalizzat kontra r-reati finanzjarji

Erbgħin uffiċjal minn entitajiet governattivi qed jattendu programm ta’ taħriġ dwar il-ħasil tal-flus u l-kriminalita’ finanzjarja. Fil-bidu tal-programm, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li Malta dejjem għamlet il-parti tagħha biex tikkumbatti dawn ir-reati. Żied jgħid li b’ħidma konġunta, il-pajjiż jista’ jegħleb sfidi ġodda.

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna, qal li Malta għamlet progress sinifikanti fl-implimentazzjoni tal-Ħames Direttiva Ewropea Kontra l-Ħasil tal-Flus. Il-Professur Scicluna qal li l-akbar progress sar fir-reġistru tal-kumpaniji kif ukoll mal-iskambju tal-informazzjoni.

Il-Ministru kien qed jitkellem fil-bidu ta’ ġimgħa ta’ taħriġ speċjalizzat ta’ ġimgħa organizzat mill-Ambaxxata Amerikana f’Malta flimkien mal-Kumitat ta’ Kordinament Nazzjonali biex jiġi miġġieled il-Ħasil tal-Flus u Finanzjar tat-Terroriżmu.

Hu qal li l-għan ta’ Malta hu li tkun pass ‘il quddiem mill-kriminal.

“Trid issaħħah mhux ħaġa waħda inti għandek il-liġijiet li trid tara li huma aġġornati, li ma ħadd ma jaħrab minnhom, li għandek istituzzjonijiet bil-kapaċitajiet tagħhom, bir-regoli tagħhom, bl-uffċijali kapaċi tagħhom,” qal il-Ministru Scicluna.

Ic-Chargé d’Affaires tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta, Mark Schapiro, qal li daqs kemm it-tkabbir ekonomiku jattira negozju tajjeb, daqs tant ieħor jattira attivitajiet kriminali.

“Malta appears to have the political will to get after it and comply with the moneyval recomendations adn we will do everything we can to assist them in this effort,” qal ic-Chargé d’Affaires tal-Ambaxxata Amerikana f’Malta.

Għal dan it-taħriġ speċjalizzat li qed jingħata mir-rapreżentanti tal-Internal Revenue Service tal-Istati Uniti, qed jattendu 40 uffiċjal minn diversi awtoritajiet f’Malta fosthom mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, is-Servizz Sigriet, il-Pulizija u l-FIAU.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Lejlet il-41 anniversajru minn Jum il-Ħelsien, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela qal li l-ħelsien modern li bħalissa qed nissieltu għalih huwa l-ħelsien minn pandemija. F’messaġġ fuq One Television,…

COVID-19

Tfal rikoverati fis-sala Rainbow tal-isptar Mater Dei qed jiċċaħħdu minn wieħed mill-ġenituri tagħhom minħabba l-coronavirus. TVM tkellem ma’ Claudette Mifsud, omm Kim li ilha diġà ħmistax iżolata ma’ bintha waqt…

Lokali

Il-Gvern ffirma mitt kuntratt ta’ għajnuna finanzjarja ma’ bdiewa u raħħala li sofrew danni waqt il-Grigalata qalila ta’ Frar tas-sena li għaddiet. Ħabbar dan il-Ministru tal-Agrikoltura Anton Refalo waqt li…

Parlament

Il-Parlament iddiskuta u approva żewġ mozzjonijiet u abbozz ta’ liġi illi bihom l-ammont massimu ta’ dejn tal-Gvern ċentrali jitla’ minn €300 miljun għal massimu ta’ €400 miljun. Il-mozzjonijiet tressqu mill-Ministru…

Aktar