Kultura
Taħseb li l-għaqdiet u l-każini jiddettaw l-aġenda tar-raħal?

Waqt il-programm TVAM li fih ġie diskuss l-indafa tal-baħar u l-impatt tal-plastik fuq l-ambjent, il-President tal-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali spjega li 36 Kunsilli Lokali ffirmaw ftehim biex fost oħrajn ma jittajrux bżieżaq u jonqos il-plastik waqt l-attivitajiet biex jitħares l-ambjent.

Mistoqsi għala kien hemm Kunsilli Lokali li ma ffirmawx il-ftehim, Fava qal li hemm Kunsilli Lokali jibżgħu jmissu mal-każini u l-għaqdiet. Qal li donnu hawn ċertu għaqdiet li jaħsbu li jmexxu l-lokal huma. Stqarr li japprezza l-ħidma tagħhom iżda jrid jinħoloq bilanċ bejn il-kultura u festi u l-esiġenzi li qed ngħixu fihom fosthom l-ambjent.

Fava qal li jista’ jkun hemm kunsilliera jew sindki jibżgħu li jekk imissu mal-għaqdiet se jkun hemm impatt negattiv fl-elezzjoni.

Huwa spjega li kien hemm min ħaseb li se joqtlu l-kultura tal-festi. Stqarr li għalhekk hemm bżonn aktar żmien biex wieħed jispjega u qal li se jiltaqa’ mal-Kunsilli Lokali li ma ffirmawx il-ftehim u anke jekk hemm bżonn mal-għaqdiet.

Intant sabiex jitħares l-ambjent u l-baħar isiru diversi inizjattivi oħra.

Waqt il-programm Raniero Borg minn Raniero’s Adventures spjega l-ħidma tat-tim tiegħu biex inaddfu l-baħar. Spjega li l-plastik huwa l-aktar oġġetti li jsibu ma’ wiċċhom iżda mhux biss, hekk kif sabu wkoll madwar 70 tajer li nġabru f’għar.

Mistieden ukoll il-Kaptan Richard Gabriele, Head Marine Operations Flash Incident Response fejn spjega li flimkien ma’ tim jaħdmu biex meta jinfirex xi żejt fil-baħar jilqgħulu ħalli jonqos l-impatt.

Segwi l-intervista waqt TVAM:

Aħbarijiet Oħra
Festi

Tliet politiċi kienu fost tnejn u għoxrin personalità li ġew onorati bid-dekorazzjonijiet tal-istat. Magħhom ġew onorati wkoll diversi personalitajiet għas-servizzi li taw fil-karrieri distinti tagħhom. Fosthom jispikkaw il-kuntistabbli Simon Schembri,…

Stejjer Umani

Omm Maltija tista’ tgħix ħajja normali wara li rċeviet trapjant minn organu ta’ baqra. Shirley Fenech, omm Maltija, għexet ħajja normali sal-2016 meta ħabta u sabta ħassha ħażin, intilfet minn…

Lokali

Il-Prim Minsitru tar-Renju Unit, Theresa May, qalet li hi mhix se tmexxi l-Partit Konservattiv għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, erba’ snin oħra. May għamlet din id-dikjarazzjoni fi Brussel qabel daħlet għal-laqgħa…

Lokali

Qed jinbidlu bħalissa l-bozoz kollha li jdawlu t-toroq ewlenin f’Malta fi proġett li mistenni jnaqqas il-konsum tal-elettriku b’madwar 70%. Il-bozoz il-ġodda, aktar minn tliet elef, huma tal-għamla LED u joffru…

Aktar