Lokali
Taħseb li r-reklużjoni għadha meħtieġa?

Ir-reklużjoni ta’ priġunieri fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin għadha meħtieġa? Fl-opinjoni tad-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà fl-Università ta’ Malta, il-Professur Andrew Azzopardi, ir-reklużjoni għandha titneħħa għal kollox. Iżda f’għajnejn l-opinjonista Malcolm Seychell, ir-reklużjoni hija mezz meħtieġ ta’ dixxiplina.

Id-Dekan tal-Fakultà għat-Tisħiħ tas-Soċjetà, il-Professur Andrew Azzopardi, saħaq bla tlaqliq ta’ xejn li ma jaqbilx li fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, xi priġunier jista’ jitpoġġa f’reklużjoni u sejjaħ biex din titneħħa immedjatament għax iċ-ċaħda tal-libertà diġà hija kastig adegwat.

”Hija realtà li għandna llum il-ġurnata fil-ħabs li nsibu r-reklużjoni, jiġifieri priġunier jingħalaq ġo ċella għal numru ta’ ġranet. Din mhux biss isir bħala deċiżjoni li jieħu d-Direttur tal-Ħabs imma anke tista’ tkun deċiżjoni li jagħti Imħallef bħala piena. Din hija sitwazzjoni għalija li mhix aċċettabbli.”

Ma’ TVM, il-Professur Azzopardi sostna li waqt li hemm bżonn li jittieħdu miżuri sabiex jipproteġu l-individwi fil-ħabs, kif ukoll metodi oħra ta’ dixxipplina, l-użu ta’ reklużjoni qatt m’għandha tkun użata.

”Jeżistu sistemi oħrajn li jassiguraw dixxiplina, jassiguraw ir-rijabilitazzjoni mingħajr ma jkollna bżonn nirrikorru għal din it-tip ta’ vjolenza għax din hija vjolenza li hija mmarkata mill-istat. .. Tħalli lill-priġunier aktar irrabbjat u ħafna inqas irreabilitat. Donnu das-sens ta’ vendetta, aktar milli ta’ rijabilitazzjoni, għadha qawwija fis-sistema tagħna.”

L-opinjonista Malcolm Seychell għandu opinjoni differenti. Ma’ TVM, is-Sur Seychell qal li r-reklużjoni meta ssir tkun biss għal ftit jiem u allura mezz effettiv ta’ dixxiplina li kultant issir ukoll fl-interessi ta’ priġunieri infushom.

”Irid ikun hemm forma ta’ ħabs ukoll bħala deterrent għall-priġunieri li ma jġibux ruħhom tajjeb ma’ priġinieri oħra u ma’ gwardjani…aħna allura se nkunu allajbierek biex nidru ħelwin ma’ kulħadd, l-agħar nies li jkunu għamlu reat serju fejn hemm nies li qatlu lin-nies innoċenti, minn qatta’ n-nies, fuq dawn qed nitkellmu…”

Sorsi qrib il-Ħabs ta’ Kordin qalu lil TVM li ‘solitary confinement’ fil-ħabs ma jeżistix, imma jkun hemm ċirkostanzi li għas-sigurtà u s-saħħa tal-priġunier stess, dan jista’ jitqiegħed taħt għassa stretta, fosthom fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli.

Aħbarijiet Oħra
Edukazzjoni

Mit-Tnejn li ġej l-Università ta’ Malta se jibdew ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni għal tliet elef u ħames mitt student, li aktar minn sittin fil-mija minnhom huma nisa. F’quddiesa ta’ ringrazzjament, l-Isqof…

Statistika

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo qal li kien hemm 31 studenti tfajliet li ġew riferuti lis-servizz Għożża tul is-sena skolastika li għaddiet. Is-servizz Għożża joffri għajnuna lil tfajliet fl-età tal-iskola obbligatorja…

Lokali

565 persuna kienu rrapportati lill-Pulizija bħala nieqsa mill-bidu tas-sena sa tmiem Settembru. Minn dawn il-persuni 514 instabu waqt li 51 oħra għadhom irrapurtati nieqsa. Dan it-tagħrif ingħata fil-Parlament mill-Ministru għall-Affarijiet…

Aktar